It-Tnejn ġurnata ta’ taħriġ… Filmati tas-sessjonijiet fuq dan is-sit kuljum

Monday, May 30, 2011, 18:09

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għall-Melita Sports.

Il-Ġurnata tat-Tnejn kienet ikkaraterizzata l-iktar b’diversi atleti jżuru l-postijiet ta’ fejn se jkunu qedgħin isiru l-kompetizzjonijiet uffiċjali. Fost l-atleti li għamlu l-aħħar sessjonijiet ta’ taħriġ qabel id-debutt tagħhom għada nsibu lil atleti tal-Għawm, Table Tennis, Judo u Tennis li kollha tistgħu taraw xi filmati tagħhom hawn taħt fil-video.

F’dan il-video tista’ tisma l-kummenti ta’ Therese Brousson, Mark Lupi u Liz Said wara l-kompetizzjoni tagħhom tal-lum

Intant it-Tnejn il-ġurnalisti kollegi li jinsabu hawn ġewwa Vaduz użaw din il-ġurnata sabiex jissetjaw ruħhom ġewwa l-Press Centre fejn hemm qed issir ħidma sabiex jinkitbu r-rapporti għall-ġurnali lokali kif ukoll għat-Televiżjoni.

Fost l-istazzjonijiet televiżivi li qed jagħtu servizz insibu lil Melita li permezz ta’ Malta Stars (Channel 614) qed ixandru bullettin speċjali tal-aħbarijiet kuljum fis-7pm.

Il-ġurnalisti lokali fi ħdan il-kumpless ta' Vaduzsaal li qed jospita l-ġurnalisti għal dan il-logħob

Il-ġurnalisti lokali fi ħdan il-kumpless ta' Vaduzsaal li qed jospita l-ġurnalisti għal dan il-logħob

Filmati oħra maħruġa uffiċjalment mill-Kumitat Organizattiv:





Leave a comment