It-tlieta ta’ fuq ma jfallux

Wednesday, December 12, 2012, 9:40

minn Colin Schembri

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

Floriana 37

St. Nicholas Suns 76
(8-19)(10-18)(6-24)(13-15)

 

Suns vs Floriana

Suns vs Floriana

St. Nicholas Suns irritornaw għar-rebħ fil-kampjonat meta għelbu lil Floriana 76-37 biex għamlu double fuq l-istess Floriana wara li kienu għelbuhom fis-shield. Għal Suns kienu nieqsa Robert Camilleri u Stayan Kivshanov fil-waqt li Floriana kellhom l-iskwadra kompleta tagħhom. Kienu Floriana li bdew l-aħhar bi trippla ta’ Polis u freethrow minn Omar Shamala. Suns wieġbu bi break ta’ 9-0 qabel ma Shamala għamel basket ieħor għal Floriana. Suns komplew b’run oħra ta’ 10-2 biex temmew is-sessjoni 19-8 minn fuq. It-tieni sessjoni fetħet bil-baskets ta’ Adrian Baldacchino għal Floriana pero’ Suns żiedu l-logħba tagħhom u Roberto Formosa għamel 3 baskets wara xulxin. Fl-aħħar minuta Suns komplew iżidu l-vantaġġ b’baskets minn Josef Paris u Igor Marjanovic biex daħlu jistrieħu 37-18 minn fuq.

Wara l-intervall, ir-reazzjoni ta’ Floriana ma waslitx u Suns grazzi għall-baskets ta’ Michael Barberi u Keith Scicluna għamlu break ta’ 12-0. Huma komplew jiddominaw din it-taqsima hekk kif Floriana għamlu biss 3 baskets pero’ Suns għalquha bi break ieħor ta’ 8-0. L-aħħar sessjoni ftit kien fiha storja wara li Suns komplew bi tmien punti oħra. Kien biss fl-aħħar minuta li Floriana għamlu seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Polis biex Suns rebħu l-partita 76-37.

 

Floriana: A. Pace, K. Borg, A. Baldacchino 16, R. Polis 10, J. Curmi 2, M. Pace, G. Cordina, E. Farrugia, O. Shamala 5, S. Schembri 4, A. Camilleri.

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 11, S. Borg, J. Paris 6, H. Agius 6, M. Barberi 8, R. Formosa 14, R. Mercieca 19, R. Camilleri, S. Cauchi 4, I. Marjanovic 4.

Referees: Clive Terribile, Jennifer Mangani.

 

Starlites 64

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 43

(24-12)(18-9)(11-13)(11-9)

 

Starlites baqgħu fil-quċċata tal-klassifika meta kisbu l-ħames rebħa tal-kampjonat kontra Phoenix Qormi Żmerċ Pub 64-43. Għal Starlites irritorna minn injury Bernard Soler pero’ kien nieqes David Garcia. Il-bidu tal-partitia kien favur Phoenix hekk kif huma għamlu run ta’ 8-0 bi trippli ta’ Karl Azzopardi u Antoine Costa. Starlites wieġbu bil-freethrows pero’ kien biss fis-seba’ minuta li ppareġjaw 12-12. Huma komplew b’run ta’ 14-0 biex temmew is-sessjoni 24-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu kien hemm punti fuq kull naħa qabel ma’ Alex Cutajar għamel żewġ baskets konsekuttivi għal Starlites. Fl-aħħar żewġ minuti kien hemm iktar punti għal Starlites speċjalment mill-free-throw line biex temmew il-perjodu b’vantaġġ doppju 42-21.

It-tielet sessjoni kienet iktar bilanċjata għalkemm il-punti naqsu xi ftit fuq iż-żewġ naħat. Kien biss mil-ħames minuta ‘l quddiem li bdew ġejjin baskets miż-żewġ timijiet. Pero’ l-vantaġġ ta’ Starlites baqa wieħed tajjeb biex setgħu jikkontrollaw aħjar l-aħħar sessjoni. F’din is-sessjoni l-punti komplew jonqsu forsi wkoll minħabba l-kesħa li ħakmet f’Ta’ Qali biex Starlites rebħu l-partita 64-43.

 

Starlites: A. Schembri, R. Loporto 9, R. Bonnici 16, J.C. Khalil 4, S. Bonnici 2, B. Soler 1, C. Borg 4, K. Galea 3, G. Szokreny 15, D. Deguara, A. Cutajar 10, F. Bartolo.

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli 10, G. Micallef 5, J. Vassallo 4, K. Azzopardi 5, D. Debattista 4, R. Curmi, K. Genovese 9, A. Costa 6, K. Vella.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

 

Siġġiewi 76

Miscela D’Oro Mtarfa 35

(26-8)(15-14)(11-7)(24-6)

 

Siġġiewi kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat biex telgħu waħedhom fit-tielet post tal-klassifika b’logħba inqas minn Suns. Wara li fl-ewwel żewġ minuti Mtarfa kienu 4-3 minn fuq, Siġġiewi wieġbu b’run ta’ 17-0 bi Graham Coleiro jagħmel 10 punti konsekuttivi flimien ma’ trippla ta’ Glenn Gauchi Grech. Mtarfa wieġbu b’erba’ punti bis-Siġġiewi jagħmlu l-istess u jtemmu s-sessjoni 26-8 minn fuq. It-tieni sessjoni bdiet bi trippla minn Nicholas Grech ta’ Mtarfa pero’ Siġġiewi komplew iwieġbu bil-punti ta’ Petar Vulovic u trippla minn John Paul Antoncic. Fl-intervall Siġġiewi kienu għadhom 19 minn fuq 41-22.

Wara l-intervall Siġġiewi bdew b’basket ieħor minn Coleiro qabel ma Mtarfa għamlu ħames punti mingħajr risposta b’dawn ikunu l-uniku punti li saru sa’ nofs is-sessjoni. Fis-sitt minuta Siġġiewi bdew run oħra ta’ 9-2 biex temmew il-perjodu fuq quddiem 52-29. L-aħħar sessjoni kienet simili ħafna għall-ewwel waħda fejn Siġġiewi għamlu żewġ runs ta’ 10-0 b’żewġ trippli minn Anthony Shoults u oħra ta’ 12-0 biex rebħu l-partita 76-35.

 

Siġġiewi: P. Vulovic 14, S, Mamo 2, A. Duncan, G. Gauchi Grech 3, JP Antoncic 9, L. Grima 4, K. Borg 2, A. Debattista 2, A. Cutajar 8, C. Kodomaris 12, G. Coleiro 14, A. Shoults 8.

Miscela D’Oro Mtarfa: M. Sammut 6, J. Attard 2, J. Viibe 2, JP Borg 5, N. Grech 5, A. Psaila 2, D. Debono, C. Calleja, D. Cini 2, D. Schembri 7, M. Agius 6.

Referees: Emanuel Mangani, Jacques Abeng

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Starlites 5 5 0 10
St. Nicholas Suns 5 3 2 8
Siġġiewi 4 3 1 7
Mellieħa Tritones 4 2 2 6
Floriana 4 1 3 5
Phoenix Qormi Żmerċ Pub 4 1 3 5
Miscela D’Oro Mtarfa 4 0 4 4

 

 

 





Leave a comment