It-tlieta l-kbar jibdew b’rebħa

Wednesday, November 24, 2010, 12:25

DETUR SHIELD NISA

minn Colin Schembri

Ġuzel Pinar Imtarfa 30
Luxol 71
(4-26)(6-14)(10-17)(10-14)

Din il-partita fetħet id-Detur Shield tan-nisa għal dan l-istaġun u l-holders Luxol bdew b’rebħa fuq Guzelpinar Imtarfa. Luxol diġa għelbu lill-Imtarfa fill-kampjonat u rrepetew dan is-suċċess b’rebħa oħra ta’ 71-30. Luxol mall-ewwel bdew b’run ta’ 7-0 qabel ma Mtarfa waqqfuhom bi trippla ta’ Gaby Mifsud. Luxol reġgħu wieġbu b’run oħra ta’ 11-0 u sa tmiem is-sessjoni kienu diġa 26-4 minn fuq. Imtarfa bdew xi ftit aħjar fit-tieni perjodu fejn bdewh b’żewġ baskets wara xulxin. Luxol malajr wieġbu b’run ta’ 7-0 bill player Carla Marie Vella tagħmel żewġ punti mil-linja għall-Imtarfa. Luxol għalqu l-perjodu bi break ieħor ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Steffi De Martino u daħlu jistrieħu 40-10 minn fuq.

Il-partita naqqset mir-ritmu wara l-mistrieħ u fis-sitt minuta trippla oħra minn De Martino għamlet l-iskor 44-16. Imtarfa ukoll wieġbu bi trippla minn Martha Abela pero Luxol għalqu l-perjodu b’run ta’ 10-0. Wara l-ewwel ħames minuti tal-aħħar perjodu saru biss 4 punti fuq kull naħa. Punti ta’ Emma Grech komplew ikabbru l-vantaġġ ta’ Luxol li għalqu l-partita bi free-throw ta’ Tina De Martino u rebħu 71-30.

Ġuzelpinar Imtarfa: M. Abela 5, M. Azzopardi 2, R. Sammut, Y. Muscat, M. Mifsud 3, M. Agius, N. Said 3, G. Santillo 2, C.M. Vella 8, M. Scicluna 2, G. Mifsud 5, A. Demanuele.

Luxol: E. Moore 8, M. Sciortino 12, L. Serge 2, B. Naudi, K. Portelli, S. De Martino 15, T. De Martino 3, P. Ellul 1, D. Muscat 13, J. Carbonell 4, E. Grech 9, B. Zammit 4.

Referees: Gordon Barbara, Brian Sly

Hibs Medsea 66

St. Andrews 24

 (23-2)(13-9)(8-11)(22-2)

Hibs ukoll fetħu l-impenji tagħhom fis-shield b’rebħa fuq St. Andrews. Huma ddominaw l-ewwel u l-aħħar sessjoni bil-logħob ikun ftit iktar bilanċjat fis-sessjonijiet tan-nofs. Iċ-champions irkupraw lil Kirsten Micallef pero kienu mingħajr il-coach Mario Tabone fuq il-bank u sorsi li tkellmu ma sportinmalta.com qalulna li Tabone ta r-riżenja tiegħu fl-aħħar ġranet bit-team jitmexxa minn Winnie Buhagiar assistita minn Tony Cassar. Hibs fetħu b’żewġ three pointers tal-captain Lucienne Bezzina u ta’ Micallef u Josette Calleja għamlet l-uniku basket ta’ St. Andrews f’dan il-perjodu. Minn hemm ‘l quddiem kien hemm biss il-punti ta’ Hibs f’run ta’ 17-0 u temmew is-sessjoni 23-2 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-punti ġew bil-mod u wara żewġ minuti kien hemm trippla ta’ Francesca Tabone u f’nofs is-sessjoni s-Saints wieġbu bi free-throws u trippla ta’ Calleja. Hibs għamlu żewġ three pointers u punti ta’ Alexis Darmanin rawhom itemmu s-sessjoni 36-1 minn fuq.

Hibs fetħu t-tielet perjodu b’run ta’ 6-0 u fis-sitt minuta kienu 42-14 minn fuq. Sa tmiem is-sessjoni kienu St. Andrews li għamlu l-baskets b’punti konsekuttivi ta’ Nadia Cassar u naqqsu d-distakk 22-41. Pero Hibs reġgħu iddominaw l-aħħar perjodu li fetħuh bi trippla oħra ta’ Bezzina f’run ta’ 8-0. Cassar għamlet l-uniku basket tas-Saints biex fis-sitt minuta Hibs bdew l-aħħar break ta’ 14-0 fosthom it-tieni trippla ta’ Emma Micallef u ħarġu rebbieħa 66-24.

Hibs Medsea: E. Micallef 8, E. Cassar 5, M. Zammit, L. Bezzina 18, F. Tabone 5, D. Micallef, A. Darmanin 8, N. Arrigo 2, K. Micallef 8, J. Cardona 12, C. Schiavone

St. Andrews: R. De Martino, N. Cassar 7, J. Calleja 11, N. Scicluna, R. Magro, M. Caruana, J. Mangion 4, E. Cachia 2, I. Galea.

Referees: Jean Paul Sammut, Robert Darmanin.

Starlites Sports Experience 53
McDonalds Depiro 86

 (9-30)(6-20)(8-22)(10-14)

McDonalds Depiro komplew bis-sensiela ta’ rebħ u kisbu s-seba’ rebħa konsekuttiva meta bdew is-shield b’rebħa fuq Starlites Sports Experience 86-53. Wara li fl-ewwel żewġ minuti kien hemm parita ta’ 2-2, Depiro għamlu run ta’ 18-2 li bdewha bi trippla ta’ Antoinette Borg u fis-sitt minuta kienu 16-4 minn fuq. Starlites fallew il-free-throws biex Depiro għamlu break ieħor ta’ 14-3 u temmew l-ewwel sessjoni 30-9 minn fuq. Depiro komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni fejn wara li kien hemm basket fuq kull naħa, Depiro għamlu run ta’ 16-0. Fl-aħħar minuta Starlites għamlu żewġ baskets bl-aħħar basket jiġi minn Borg għal skor ta’ 50-15 fil-halftime.

Wara l-mistrieħ Depiro komplew jiddominaw u bi trippla ta’ Kaila Agius bdew run ta’ 9-0 qabel ma Starlites wieġbu b’baskets minn Charlotte Riolo u Marylou Cutajar. Depiro għalqu s-sessjoni b’run ta’ 13-2 u kienu 72-23 minn fuq. Starlites bdew l-aħħar perjodu bi break ta’ 6-3 pero Depiro wieġbu bi trippla ta’ Justine Xuereb. Fl-aħħar ħinijiet il-punti bdew ġejjin bill-mod għal skor finali ta’ 86-33 favur Depiro.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 1, C. Riolo 10, A. Grixti, S. Tabone 4, L. Pisani, C. Spiteri 2, E. Iavarone, L. Pirotta 4, N. Attard 2, C. Scicluna, C. Scicluna 2, M. Cutajar 8

McDonalds Depiro: S. Pace 9, G. Zarb 3, J. Xuereb 10, A. Mifsud 1, F. Biancho 6, J. Busuttil Gaerty 5, A. Borg 10, C. Sammut 6, E. Vella 1, S. Micallef 2, K. Agius 33

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri.

Athleta 35

Alyssa Ashley Loyola 50
(4-12)(6-15)(8-13)(17-10)

Alyssa Ashley Loyola kisbu l-ewwel rebħa fis-shield kontra Athleta li tista’ twassalhom sas-semifinali. Għal darb’oħra Loyola nkludew lill-player internazzjonali Christina Grima. Athleta sofrew it-tieni telfa konsekuttiva f’partita li fiha ddizappuntaw. Loyola ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 6-2 wara sitt minuti. Wara perjodu mingħajr punti, Loyola għamlu run ta’ 6-1 biex fi tmiem l-ewwel sessjoni kienu 12-4 minn fuq. Bir-reazzjoni tall-Athleta tibqa ma tasalx, Loyola komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni u f’nofsha kienu 20-6 minn fuq. Trippla ta’ John Doughty ġiet imwieġba bl-ewwel basket ta’ Leanne Sciberras bill-Loyola jagħmlu l-aħħar żewġ baskets tas-sessjoni biex daħlu jistrieħu 27-9 minn fuq.

Wara l-mistrieħ Loyola baqgħu jiddominaw u fl-ewwel ħames minuti għamlu run ta’ 12-1 bi Grima tispikka meta għamlet 10 punti fosthom trippla. Wara time-out magħjjat mill-coach Charles Bonnici, Athleta għamlu 7 punti konsekuttivi u naqqsu d-distakk għal 22 punt 18-40. Fl-aħħar sessjoni Sammy Jo Barbara bdiet b’żewġ baskets wara xulxin qabel ma Athleta għamlu run ta’ 14-2 biex naqqsu d-distakk għal 11-il punt. Pero din ir-reazzjoni ġiet tard wisq biex tinkwieta lill-Loyola li għamlu l-aħħar żewġ baskets tal-partita biex ħarġu rebbieħa 50-35.

Athleta: R. Sciberras, D, Jaeger, L. Calleja 9, L. Sciberras 4, M. Azzopardi Duca 2 , G. Muscat, C. Galea 10, K. Busuttil 3, C. Mifsud 5

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 4, F. Schembri, E. Falzon 2, M. Gatt, D. Said Hollier 2, R. Spiteri, A. Bonanno 8, C. Grima 18, A. Sciberras 4, F. Camilleri, S.J. Barbara 10, K. Gouder 2.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani





Leave a comment