It-Timijiet tal-Futbol tal-BOV se jieħdu sehem fil-Kampjonat tal-Futbol tal-Banek

Wednesday, September 20, 2017, 17:18

It-timijiet tal-futbol tal-irġiel u tan-nisa tal-Bank of Valletta se jivvjaġġaw lejn Koper/Portorose fis-Slovenja biex jieħdu sehem fir-raba’ edizzjoni tal-Kampjonat tal-Futbol tal-Banek.

Il-kampjonat, li se jsir bejn it-22 u l-24 ta’ Settembru 2017 se jinvolvi aktar minn 60 tim li jirrappreżentaw banek u istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej li se jikkompetu għall-aktar titlu prestiġjuż għat-timijiet tal-futbol tal-Banek.

It-tim tal-futbol tal-irġiel tal-Bank kien rebaħ l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-kampjonat fl-2014, li kien sar f’Belgrad u ħa sehem fl-edizzjonijiet kollha ta’ dan il-kampjonat, filwaqt li t-tim tal-futbol tan-nisa tal-BOV se jieħu sehem f’dan il-kampjonat għall-ewwel darba.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-BOV Mario Mallia ltaqa’ maż-żewġ timijiet u mal-Kumitat tat-Taqsima tal-Futbol tal-Bank biex jagħtihom l-awguri tiegħu għal dan il-Kampjonat qabel ma jitilqu lejn is-Slovenja.





Leave a comment