It-Timijiet tal-Futbol tal-BOV jagħmlu double fil-Banca Cup

Wednesday, May 23, 2018, 13:49

It-timijiet tal-futbol tal-irġiel u tan-nisa reġgħu rebħu il-KPMG Banca Cup.

It-tim tal-irġiel rebaħ il-Banca Cup għad-disa’ darba f’10 edizzjonijiet fejn spiċċaw fil-quċċata tal-grupp tagħhom b’żewġ rebħiet konvinċenti kontra MFSA (8-0) u Fimbank (5-1). Rebħa kbira ta’ 9-0 kontra HSBC wasslet lill-BOV fis-semi finali, fejn għelbu lill-BNF Bank 4-2 u għaddew għall-finali. B’rebħa oħra ta’ 4-2 fuq KPMG il-Banca Cup baqgħet għand il-Bank of Valletta.

It-tim tan-nisa wkoll żammew it-titlu li kienu rebħu is-sena ta’ qabel fl-ewwel parteċipazzjoni tagħhom. Ir-rebħa waslet wara wirjiet kbar kontra Credorax (8-0), FIMbank (10-0) u KPMG (6-0). Barra li rebħu l-logħbiet kollha tagħhom, rebħu t-tazza mingħajr ma qalgħu gowl wieħed.

It-tim maskili tal-BOV kien magħmul minn Mark Marlow, Dylan Lee Tanti, Keiran Xuereb, Ian Darmanin, Ryan Darmanin, Andre Cassar, Ryan Schembri, Chris Vella, Kyle Frendo u Andrew Scerri taħt it-tmexxija tal-kowċ Frans Cassar.

It-tim tan-nisa kien magħmul minn Charlene Cilia, Antoinette Grech, Danielle Cuschieri, Iona Agius, Ylenia Carabott, Joanne Cutajar, Charlotte Spiteri u Maggie Cutajar taħt il-gwida tal-coach Stephen Mizzi.





Leave a comment