It-Tim tal-kowċis rebaħ l-edizzjoni 2019 tal-Boxing Day Tournament

Thursday, December 26, 2019, 17:55

Reġgħu kienu l-kowċis li rebħu t-Tournament tradizzjonali li jsir l-għada tal-Milied f’Boxing Day u li hu organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Il-Team tal-MFCA (l-Malta Football Coaches Association) kien iffurmat minn diversi eks players fosthom Daniel Bogdanovic, Paul Zammit, Brian Said, Julian Briffa, Rupert Mangion u l-goalkeeper Simon Agius fost oħrjan.

It-team tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li kien jinkludi wkoll players li jaħdmu fil-media spiċċa bħala runner up ta’ din l-edizzjoni meta rebaħ l-ewwel żewġ logħbiet tiegħu kontra t-team tal-Malta Football Referees Association u anke kontra t-team tal-Istaff tal-MFA u tilef biss fl-aħħar logħba deċiżiva kontra l-kowċis.

Din it-tradizzjoni ta’ Tournament ta’ ħbiberija l-għada tal-Milied bdiet fis-snin 70′ meta kienet tintlgħab logħba football bejn il-Ġurnalisti tal-Isports u r-Referees iżda fl-aħħar għaxar snin eżattament mis-sena 2010 it-Tournament ħa forma ta’ kwadriangulari bil-parteċipazzjoni ta’ erba’ Assoċjazzjonijiet l-GħĠS, l-MFRA, l-MCA u l-MFA.

L-Iskop tat-Tournament ikun sabiex darba fis-sena dawk li jaħdmu b’xi mod jew ieħor fil-futbol lokali jiltaqgħu u jilagħbu huma kontra xulxin f’dawn il-jiem ta’ festi.

Hija tradizzjoni wkoll li l-players li jipparteċipaw f’dan it-Tournament jagħtu donazzjoni b’risq l-Istrina fejn is-somma miġbura din-sena kienet dik ta’ €1,000 li ġiet ippreżentata matul il-jum waqt ix-xandira tal-Istrina 2019.

L-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta Dr George Vella żar it-Tournament fl-10am u rringrazzja lill-players kollha tal-parteċipazzjoni tagħhom f’dan l-avveniment annwali.

Fi tmiem it-Tournament Lorraine Cunningham Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports ippreżentat ix-Shield lill-captian tat-team tal-kowċis Brian Said.

Ritratti Annessi tal-fotografu Joe Borg.

Ir-Riżultati kollha tal-edizzjoni ta’ din is-sena kienu dawn:

MFCA v MFRA 3-1

Malta FA Staff v GħĠS 0-1

MFCA v Malta FA Staff 5-2

MFRA v GħĠS 2-3

GħĠS v MFCA 3-6

Malta FA Staff v MFRA 1-2

Klassifika finali: MFCA 9 punti; GħĠS 6 punti, MFRA 3 punti, Malta FA Staff 0.

Iktar ritratti jinsabu hawn:

https://www.facebook.com/maltasportsjournalistsassocation/  





Leave a comment