It tim ta’ Juventutis Domus taż- Żejtun, Champions ta’ timijiet fis Snooker

Friday, May 29, 2015, 8:24

It tim ta’ Juventutis Domus taż- Żejtun, Champions ta’ timijiet fis Snooker. Din Il-finali ta-timijiet li intlagħbet fuq 14 il frame ,intemmet fil każin-Juventutis Domus Żejtun,fejn kellu jintlaghab il-frame deċiziv,wara li li-score baqa indeċiż ,peress li z-żewġ timijiet spiċċaw, 7-7wara żewġ legs.

Il-Finalisti kienu, it tim ta’ 147 Snooker Hall, kompost minn Simon Zammit u Clayton Castaldi, u tim ta’ Juventutis Domus kompost minn Alex Borg u Guzi Grech.

Fl-ewwel leg, li ntlagħbet fil-147 Snooker Hall,it-tim ta’147 ħareġ rebbieħ 4-3,waqt li bl-istess score imma favur Juventutis Dommus,intemmet it-tieni leg.

Għall daqs tant kellu jintlaghab il-frame deċiżiv biex jigi dikjarat it-tim rebbieħ u wara loghba interessanti u missielta sa l-aħħar, kien it tim ta’ Juventutis Domus irnexxielhom ikunu nkurunati Champions f’din il kategorija.

Il-finali kienet ikkontrollata minn żewġ referees Internażżjonali, Pawlu Galea u Frans Bugeja,b’ta l-ewwel jikkontrolla l’ewwel leg, filwaqt li Bugeja ikkontrolla it-tmien frames l-ohra.

Wara din il-finali ( li damet sa tard bil-lejl ), iż-żewġ timijiet kienu ppreżentati bit-trofej ta din il katergorija.





Leave a comment