It-tim nazzjonali tas-snin ’80 u ’90 jerġa’ jingħaqad wara kważi 20 sena

Thursday, May 31, 2012, 23:23


Il-Malta Football Association tavża li t-tim nazzjonali Malti tas-Snin ’80 u ’90 reġa’ ngħaqad wara nuqqas ta’ 20 sena u lbieraħ lagħab partita ta’ ħbiberija kontra t-tim tal-Malta International Airport.

Pippo Psaila, il-kowċ nazzjonali ta’ dak iż-żmien, reġa’ mexxa lil din l-iskwadra meqjusa minn ħafna bħala ‘l-aqwa tim nazzjonali Malti ta’ kull żmien.’

Minkejja l-eta’, il-plejers nazzjonali kellhom wirja mill-aqwa kontra tim ferm aktar żagħżugħ minnhom bi plejers li jilagħbu regolarment f’diversi diviżjonijiet rispettivi fil-kampjonati tal-MFA.

Il-partita ntlagħbet fuq tliet taqsimiet ta’ 20 minuta ’l waħda u l-iskors ta’ kull taqsima (Malta l-ewwel) kienu: 1-1, 0-3 u 1-0.

Fil-jiem li ġejjin, it-tim Malti mistenni jilgħab żewġ partiti oħra ta’ ħbiberija qabel ma l-kontiġent jitlaq lejn Sqallija fil-15 ta’ Ġunju 2012, biex l-għada, fi Stadio Caitina f’Modica, tintlagħab il-partita ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali tal-Italja tal-istess Snin. Il-kontinġent Malti se jkun magħmul minn 30 persuna u aktar minn 60 partitarju Malti se jkun qiegħed jakkumpanja lill-kontinġent.

Sadanittant, it-tim nazzjonali Malti se jibqa’ jitħarreġ regolarment fil-ġranet tat-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa fis-7.00pm, fit-training grounds tal-MFA, f’Ta’ Qali.

Anness issibu ritratti meħuda waqt il-partita tal-bieraħ.

L-iskwadra kollha taħt it-tmexxija tal-kowċ Pippo Psaila hi din:

Goalkeepers – Reggie Cini, Ernest Barry

Difensuri – Silvio Vella, Richard Buhagiar, Joe Galea, Jesmond Delia, Joe Camilleri, Edwin Camilleri, Michael Woods, Denis Cauchi

Midfielders – Raymond Vella, Nicky Saliba, David Carabott, Martin Gregory, Michael Degiorgio, Joe Brincat, Ivan Zammit, Jonathan Magri Overend, Joe Sant Fournier

Attakkanti – Stefan Sultana, Paul Zammit

 





Leave a comment