It-tim nazzjonali tar-rugby iħejji għal-logħba kontra l-Kroazja

Wednesday, April 27, 2011, 17:12

Ritratt - Domenic Aquilina

minn Cristian Muscat

Hekk kif nhar is-Sibt li ġej it-tim nazzjonali tar-rugby se jilqa’ lit-tim nazzjonali Kroat fil-Hibs Stadium f’ Kordin liema logħba se tibda fis-2pm u se tixxandar live b’ mod esklussiv fuq maltastars, il-kowc nazzjoanli tar-Rugby Damien Neill għandu problema ta’ diversi injuries fl-iskwadra tiegħu. Wara telfiet kontra l-Litwanja bl-iskor ta’ 9 b 6 u kontra l-Latvja bl-iskor ta’ 33 għal 26 it-tim nazzjonali Malti bħalissa jinsab fil-qiegħ tal-klassifika u għalhekk huwa indispensabbli li Malta tirbaħ kontra l-Kroazja nhar is-Sibt li ġej kif ukoll barra minn darha kontra l-Isvezja nhar is-7 ta’ Mejju li gej biex tittama li żżomm postha fil-grupp.

Il-kowċ Neill għażel skwadra ta’ 28 plejer għal dawn iż-żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni imma r-riżorsi tiegħu diġa’ ġew imnaqqsa minħabba injuries li sofrew il-plejers Kyle Mason fl-għaksa, Mark Davey fi spalltu, Rob Holloway f’ gembu kif ukoll Vince Stivala f’ siequ. It-tim nazzjonali beda l-preparazzjoni tiegħu għal dawn iż-żewġ logħbiet sa minn ħmistax ilu. Fost il-plejers ġodda li Neill sejjah fl-iskwadra insibu lil Darren Deguara tal-klabb Ingliz Barry RFC, James Kirk ta’ Hull RFC, Dragan cerketa ta’ Stompers u Chris Vassallo li jilgħab mat-tim li għadu kif ġie nkurunat champions fil-kampjonat nazzjoanli tar-rugby, Kavallieri.





Leave a comment