It-tim nazzjonali Malti b’impenn doppju internazzjonali

Thursday, September 5, 2019, 9:46

It-tim nazzjonali Malti tal-futbol immexxi mill-kowċ Ray Farrugia se jaffronta żewġ avversarji diffiċli ħafna fil-ħames u s-sitt matchday minn Grupp F ta’ kwalifikazzjoni għal UEFA Euro 2020. Illejla fid-20:45 f’Oslo kontra n-Norveġja u l-Ħadd fis-18:00 fi Ploeisti kontra r-Rumanija.

Malta s’issa għandha tliet punti minn erba’ logħbiet, wara r-rebħa fuq il-Gżejjer Faroe fl-ewwel ġurnata f’Ta’ Qali, telfa fl-Iżvezja u hawn Malta ma’ Spanja u r-Rumanija.

Ray Farrugia sejjaħ skwadra ta’ 23 player b’xi uċuħ regolari nieqsa għax imweġġa’ u oħrajn jagħmlu r-ritorn tagħhom. Għall-captain Andrei Agius se tkun it-83 dehra bil-flokk tat-team nazzjonali. It-team se jkun ilu flimkien tlitt ijiem biss wara żewġ logħbiet tal-kampjonat.

Farrugia jaf li realistikament ma jistax jittama f’aktar minn wirja tajba mill-plejers tiegħu fiż-żewġ partiti.





Leave a comment