It-tim Malti tal-Isnooker rebħu l-Kampjonat Ewropew tat-timijiet

Tuesday, June 11, 2019, 10:53

It-tim Malti tal-isnooker kompost minn Tony Drago u Duncan Bezzina, rebħu l-kampjonat Ewropew tat-timijiet, kategorija Men li saru f’dawn il-ġranet fis-Serbja meta fil-finali huma għelbu lit-tim Pollakk 1 , bil-punteġġ ta’ 4 frames kontra 2.

Ir-riżultati ta’ kull frame kienu dawn:
Frame 1: Drago/Bezzina għelbu lil Baronowski/Skalski 60- 15
Frame 2: Baronowski għeleb li Bezzina 75-6.
Frame 3: Drago/Bezzina rebħu bil punteġġ ta’ 78-0.
Frame 4: Drago għeleb lil Skalski bil puntegg ta’ 74-12.
Frame 5: Polonja ghelbu Malta bil puntegg ta’ 71-0.
Frame 6: Malta għelbu lil Polonja bil puntegg ta’ 81-43.
Referee: Kazimierz Olejniczak ( Polonja).
Din kienet il-ħames darba li tim Malti tal-irġiel rebaħ dan il-kampjonat.
Fil kategorija tal-Masters tat-timijiet, it-tim Malti kompost minn Ivan Attard u Arthur Cachia tilef fis-semi finali kontra t-tim tal-Ingilterra bl-iskor ta’ 4-1.




Leave a comment