It-tieni rebħa ta’ Starlites kontra Mellieħa

Monday, February 13, 2017, 19:10

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Starlites 44

Mellieħa Tritones 40

(9-5)(13-17)(15-9)(7-9)

Starlites kisbu t-tieni rebħa tagħhom dan l-istaġun u għal darb’oħra għamlu dan kontra Mellieħa wara li kienu diġa għelbuhom fl-ewwel round. Mellieħa kellhom diversi players neqsin bħal Robert Loporto, Daniele Miani u Emanuel Lupo u Starlites kienu mingħajr Ryan Carabott. L-ewwel sessjoni kienet nieqa mill-punti hekk kif Starlites bdew bl-ewwel seba’ punti minn Nicola Stankovic li kellhu wkoll trippla. Mellieħa kellhom l-ewwel punti minn Janis Vibe u Ben Aquilina però Starlites temmew il-perjodu 9-5 minn fuq. Mellieħa tjiebu fit-tieni perjodu meta kellhom run ta’ 9-2 bi trippla minn Ian Terribile. Sa’ tmiem it-taqsima ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex fl-intervall kellna parita ta’ 22 punt kull team.

Fit-tielet sessjoni reġgħu kienu Starlites li bdew l-aħjar b’sitt punti mingħajr risposta. Huma komplew bi trippla ta’ Mirco Azzopardi għalkemm ankè Mellieħa wieġbu bi trippla minn Clint Grixti. Three pointer ieħor minn Alex Perunicic kabbar il-vantaġġ ta’ Starlites fi tmiem il-perjodu 37-31. Fl-aħħar perjodu kien hemm trippla oħra minn Miguel Vella għal Starlites bil-Mellieħa jwieġbu b’run ta’ 7-0 fejn kellhom three pointer minn Michel Farrugia u waslu sa’ basket ‘l bogħod però ma kienx biżżejjed għalijhom biex isalvaw il-partita u Starlites kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun fuq skor ta’ 44-40.

Starlites: A. Barthet, M. Azzopardi 9, I. Felice Pace 2, A. Xuereb 2, M. Vella 3, M. Falzon 4, A. Perunicic 5, N. Stankovic 14, A. Vella Cardona, Q. Bugeja 4, A. Cutajar, I. Pace 1.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 6, M. Farrugia 8, J. Vibe 7, I. Terribile 7, B. Aquilina 1, J. Muscat, S. Aquilina 4, B. Soler 7.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Jennifer Mangani.

Marvels Power Plus 36

Gżira Athleta 101

(1-23)(5-21)(13-27)(17-30)

Gżira Athleta ma sabix diffikulta biex jiksbu l-ħdax ir-rebħa tagħhom tal-kampjonat meta b’faċilita għelbu lil Marvels Power Plus 101-36. Kif jindika l-iskor it-team tal-Athleta kellhom dominju tul il-partita kollhau bdew sa’ mill-ewwel sessjoni fejn ħallew lil Marvels fuq punt wieħed biss. Qablu huma bdew bi tmien punti u komplew b’run ta’ 15-0 b’diversi punti tas-solitu Kwame Thompson flimkien ma’ Joshua Aquilina li kellhu wkoll seba’ steals u seba assists tul il-partita. L-andament tal-logħba baqa’ l-istess fit-tieni perjodu fejn wara li Marvels bdew bi trippla minn David Garcia, Athleta komplew b’19 –il punt mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Stefan Vincic u daħlu jistrieħu 44-6 minn fuq.

Wara l-intervall il-logħob kien aktar maqsum speċjalment fl-ewwel ħinijiet. Athleta komplew b’runs ta’ 12-2 u 10-0 bi trippli minn Nathan Xuereb u Vincic b’dan tal-aħħar ikollu diversi punti konsekuttivi għal skor ta’ 71-19. Fl-aħħar taqsima kien Vincic li kompla għaddej bil-punti tiegħu hekk kif Athleta għaqqdu l-mitt punt bi trippla oħra ta’ Xuereb għal skor finali ta’ 36-101.

Marvels Power Plus: L. Azzopardi, D. Massa 2, D. Pisani 6, R. Curmi 4, D. Debattista 3, K. Maruda 4, A. Morris, D. Garcia 6, C. Briffa 9, J. Ransley 2, A. Toompere 6.

Gżira Athleta: R. Zammit 2, F. Mifsud Bonnici 7, J. Wait 7, J. Aquilina 8, M. Giusti, M. Gauchi Montaldo 4, N. Xuereb 10, K. Thompson 34, C. Schembri, S. Vincic 29.

Referees: Stephen Micallef, Brian Sly.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Athleta

11

11

0

22

831

519

Siġġiewi St. Nicholas

10

6

4

16

609

536

Marvels Power Plus

10

4

6

14

511

601

Mellieħa Mr. Green

10

3

7

13

514

567

Starlites

11

2

9

13

514

756





Leave a comment