- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

It-tieni rebħa ta’ Bupa Luxol

Posted By sportinmalta1 On December 24, 2017 @ 1:32 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Cynergi Depiro 69

Bupa Luxol 82

(11-18)(12-22)(23-19)(19-23)

Fl-aħħar partita għas-sena 2017, ic-champions Bupa Luxol kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Cynergi Depiro 82-69. Iż-żewġ timijiet kienu qiegħdin jiltaqgħu għall-ewwel darba dan l-istaġun u kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Il-partita fetħet b’punti fuq kull naħa bil-Luxol ikollhom trippla minn William Ahlberg b’Dominic Scafidi jwieġeb għal Depiro. Il-vantaġġ inbidel għal ħames darbiet fl-ewwel ħinijiet qabel ma Luxol għamlu break ta’ 8-0 bil-punti ta’ Kyle Meyer, Nicola Vasovic u JP Schembri biex temmew is-sessjoni 18-11 minn fuq. Luxol komplew fit-tieni sessjoni b’seba’ punti oħra bi trippla ta’ Schembri. Depiro kellhom żewġ baskets minn Kurt Xuereb però Luxol komplew jirrispondu bit-three pointers minn Vasovic u Ahlberg. Depiro wkoll kellhom it-trippli minn Andrew Aquilina u Scafidi però fl-intervall Luxol kellhom vantaġġ komdu ta’ 13 –il punt 40-23.

It-tielet taqsima fetħet b’aktar three pointers minn Depiro permezz ta’ Scafidi u basket minn David Bugeja biex naqqsu d-distakk għal 9 punti 31-40. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Vasovic u Ahlberg però Scafidi ħalla lil Depiro viċin. CJ Cordina rrisponda għal Luxol b’żewġ three pointers biex Luxol temmew it-taqsima b’vantaġġ ta’ 13 –il punt 59-46. Fl-aħħar taqsima, Depiro bdew bi break ta’ 10-2 bi trippla ta’ Nicholas Grech biex waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod 56-61. Luxol irkupraw u għaqqdu run ta’ 13-3 bi trippli ta’ Cordina u Schembri u regħu fetħu vantaġġ ta’ 18 –il punt 78-60. Huma baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem minkejja trippla ta’ Bugeja għal Depiro u għamlu l-aħħar punti tal-partita minn Michael Sjoberg u Schembri biex ħarġu rebbieħa 82-65.

Depiro: E. Briffa, D. Bugeja 17, L. Duckinson, A. Aquilina 8, N. Grech 6, A. Attard, M. Mallia, K. Xuereb 6, M. Borg, D. Scafidi 28.

Bupa Luxol: CJ Cordina 10, M. Sjoberg 1, N. Vasovic 15, JP Schembri 10, K. Dimech 4, W. Ahlberg 19, K. Meyer 20, A. Micallef Trigona 1, S. Cappello 2.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Ivica Simic.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/it-tieni-rebha-ta-bupa-luxol/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.