It-tieni rebħa għal Gżira Athleta

Thursday, March 23, 2017, 16:06

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Marvels Power Plus 24

Gżira Athleta 58

(2-13)(8-12)(14-16)(10-17)

Gżira Athleta ħadu t-tieni rebħa fil-finali tal-kampjonat Bank of Valletta meta reġgħu għelbu lil Marvels Power Plus 58-24. Il-partita ftit li xejn offriet basketball sabih tort ukoll tal-kundizzjoni tal-art biż-żewġ timijiet isibu diffikulta ankè biex jagħmlu fast break. Andres Toompere reġa’ kien nieqes għal Marvels fil-waqt li Athleta kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Fl-ewwel sessjoni Marvels kellhom biss basket wieħed minn Jonathan Ransley. Sa’ dak il-ħin, Athleta kienu 9-0 minn fuq u komplew b’żewġ baskets oħra minn Francesco Mifsud Bonnici u Julian Wait għal skor ta’ 13-2. Fit-tieni taqsmima, Marvels bdew bi tlett punti qabel ma Athleta għamlu run ta’ 9-2 u sal-intervall fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 25-10.

Athleta żiedu d-distakk fil-ftuħ tat-tielet taqsima bi trippla ta’ Kwame Thompson għalkemm Marvels ukoll kellhom il-punti ta’ Ransley u trippla ta’ Darren Debattista. Athleta kabbru l-vantaġġ b’aktar punti ta’ Ransley u Mifsud Bonnici u minkejja li Marvels tħabtu biex jirrispondu, l-vantaġġ tal-Athleta baqa’ komdu fi tmiem it-taqsima 41-24. Athleta għalqu l-partita definittivament fil-ftuħ tar-raba’ taqsima meta bdew b’run ta’ 11-0 minn Stefan Vincic u Thompson biex fetħu vantaġġ doppju 52-26 u ma kellhomx problema jikkontrollaw l-aħħar ħinijiet tal-partita u ħarġu rebbieħa 58-34.

Marvels Power Plus: L. Azzopardi 1, D. Massa, D. Pisani 6, R. Curmi 2, D. Debattista 5, K. Maruda 2, D. Garcia 2, C. Briffa 4, A. Morris, J. Ransley 12.

Gżira Athleta: J. Aquilina, F. Mifsud Bonnici 8, J. Wait 2, N. Xuereb, L. Stefanovic 6, R. Zammit, M. Giusti, K. Thompson 31, C. Schembri, S. Vincic 8, M. Gauchi Montaldo 3,M. Cilia.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Statistika…

Marvels

Free throws – 7 on 21

Baskets – 12 on 49

Three pointers – 1 on 11

Rebounds – 50

Assists – 5

Turnovers – 27

Steals – 10

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 13

Athleta

Free throws – 9 on 15

Baskets – 23 on 52

Three pointers – 1 on 11

Rebounds – 46

Assists – 7

Turnovers – 18

Steals – 19

Fouls Suffered – 13

Fouls Made – 17

It-tielet partita: Is-Sibt 25 ta’ Marzu fit-14:45





Leave a comment