It-tieni rawnd tal-Yamaha Gozo Motocross Championship 2018/19

Friday, November 16, 2018, 12:09

Il-Gozo Motocross Association tixtieq tavża li nhar il-Ħadd 18 ta Jannar 2018  se jiġi organizzat it-tieni rawnd mill- YAMAHA Gozo Motocross Championship 2018.  L-avveniment jibda  fis-1pm fit-trekk ta’ Xħajma.

Is-sewwieqa membri kellom nuqqas ta’ taħriġ minħabba li għamlet ħafna xita u t-trekk ma kinitx tajba biex jinstaqu l-muturi fiha. It-taqtiegħa hija waħda interessanti  u kemmxejn iebsa meta fi klassi A nsibu lil David Dimech segwit miċ-ċampjin renjanti Steve Xuereb. Glenn Vella qed jirrenja fi klassi B filwaqt li Jorn Stellini qiegħed fuq quddiem nett ta’ klassi Ċ. Fit-taqsima l-ġdida, il klassi D, fejn ħafna mis-sewwieqa huma ġodda naraw lil David Mercieca jiddomina din il-klassi.

Hekk kif is-sewwieqa  jinżlu fuq l-‘Istarting Gate’ huma jaffaċċjaw rivalità sportiva bil-muturi tagħhom. Sfida kbira f’kull kategorija, hekk kif naraw is-sewwieqa kollha jissieltu biex isibu posthom fuq quddiem ħalli jakkwistaw punti massimi. Dawk is-sewwieqa li huma fuq quddiem nett tal-klassifika jintgħarfu billi jkollom in-numru 1 mgħoti apposta mill-GMA u mwaħħal fuq quddiem tal-mutur taghħom.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ facebook – Gozo Motocross Association

https://www.facebook.com/gmagozo/





Leave a comment