- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

It-tieni l-akbar kompetizzjoni nazzjonali tat-Table Football

Posted By Sportinmalta On May 22, 2019 @ 1:40 pm In Featured,Table Football | No Comments

Il-Ħadd li ghadda il-Malta Table Football Sports Assoociation organizzat it-tieni l-akbar kompetizjoni nazzjonali tat-Table football, dik fejn issir il-kompetizzjoni knock out u tal-kategoriji.

In-knock out ġie merbuħ minn Samuel Bartolo bl-iskor ta’ 2-0 kontra John Zammit. Is-semifinalisti kienu Mario Camilleri u Jean Tabone.

Il-kategorija tal-veterani ġiet mirbuħa minn Massimo Cremona kontra Charlie Aquilina bl-iskor ta’ 2-1. Is-semifinalisti kienu Jason Pisani u Mario Camilleri.

Ir-rebbieħa ikkwalifikaw awtomatikament biex jirrapreżentaw lil Malta fit-tazza tal-Ewropa, li din is-sena ser tintlgħab f’Ġunju fil-Belġju.  Il-lista tal-plejers kollha li kkwalifikaw biex jirrapreżentaw lil Malta ser tkun imħabbra iktar ‘il quddiem.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/it-tieni-l-akbar-kompetizzjoni-nazzjonali-tat-table-football/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.