It-tieni ġurnata tat-Tour ta’ Malta 2017

Monday, April 10, 2017, 21:11

It-23 Edizzjoni tat-Tour ta’ Malta tac-Ciklizmu kompliet bit-tieni ġurnata b’road race fil-By-Pass ta’ San Pawl il-Bahar bi ħdax il-dawra għal Elite u tmienja għal Masters u n-Nisa.

Din it-tieni ġurnata minkejja li l-ebda ciklista lokali ma sab postu fuq il-podium, Michelle Vella Wood (Team Greens) żammet il-flokk l-ahmar fil-kategorija Feminili. Anke l-Grieg Lukas Katapodis tal-Klubb Pigasos żamm il-flokk l-ahmar fil-Masters filwaqt li fl-Elite William Brown huwa l-leader il-gdid.

Il-Kategorija Elite ntrebhet minn William Brown (Fiesten Tempo) f’ħin ta’ 1:33:38.10. Warajh dahal Jack Rees (Brother NRD Driverplan) f’ħin ta’ 1:33:42.69. Fit-tielet post spiċċa Danny Smith (Mammoth Life Style) f’ħin ta’ 1:33:45.48.

Il-Kategorija tal-Masters intrebhet minn Dave Griffits ta’ Mammoth Life Style f’ħin ta’ 1:13:43.05. Huwa kien segwit fit-tieni u t-tielet post rispettivament minn Lukas Katapodis tal-Klubb Pigasos f’ħin ta’ 1:13:44.05 u Jim Jones (Velo Vitesse) f’ħin ta’ 1:13:44.08.

Il-Kategorija Feminili ntrebhet minn Elice Sharp (NĊĊ Group Kwota Torelli) f’ħin ta’ 1:16:36.39. It-tieni spiċċat Ellen McDermott (Edco Continental) f’ħin ta’ 1:18:37.41, filwaqt li Gabriella Nordin (Team Greens) spiċċat it-tiete f’ħin ta’ 1:18:37.75.

L-ewwel Maltin kienu Alex Pettett (Pro Action All Stars) u Maurice Formosa (The Cyclist) li spiċċaw fil-hames u s-sitt post rispettivament.

Fi tmiem l-istadju, Joe Bajada, Segretarju Generali tal-Federazzjoni Maltija tac-Ciklizmu, Barry Withmore, Membru tal-Kumitat Organizzattiv u Jonathan Barbara, Segretarju Privat tas-Segretarju Parlamentari għar-Ricerka, Innovazzjoni, Zgħazagħ u Sport ipprezentaw il-midalji u l-flokk l-ahmar lil leaders overall.

It-Tour ta’ Malta jkompli għada s-Sibt bit-tielet tappa  fuq distanza ta’ 60 kilometru fuq ic-ċirkwit tan-Nadur, Għawdex u tispiċċa nhar il-Hadd bir-raba’ u l-aħħar tappa ser issir fuq distanza ta’ 88 kilometru fuq ic-ċirkwit ta’ San Martin.

Ritratti: Claudio Lattanzio (Agenzia Ansa)





Leave a comment