It-tieni ġurnata tat-Tour ta’ Malta 2016

Friday, March 18, 2016, 21:22

Gavin Muscat

Marie Claire Aquilina tikkonferma il-qawwa tagħha

Fit-tieni ġurnata tat-22 Edizzjoni tat-Tour ta’ Malta tac-Ċikliżmu, kompla llum filgħodu meta saret it-tie­ni stadju fuq ic-cirkwit ta’ San Martin. Dan jikkonsisti minn road race ta’ 88 kilometru għall-kategorija Elite, waqt li l-Masters u n-Nisa

Fil-kategorija tan-Nisa, rgajna rajna t-trijonf ta’ Marie Claire Aquilina tal-Club The Cyclist li spiċċat ir-rebbieha f’hin ta’ siegħa, 43 minuta u 5 sekondi. Fit-tieni post bi 8 sekondi inqas dahlet l-Ingliza Gabriela Nordin (Sterley racing Team), filwaqt li Michelle Vella Wood tat-Team Greens spiċċat it-tielet f’siegħa, 43 minuta u 17 il-sekonda. B’Hekk Marie Claire Aquilina kompliet tikkonsolida postha fl-ewwel post tal-klassifika feminili.

Il-kategorija tal-Masters kienet iddominata minn Domenico Sicori tar-Rubino Cippollini Avola li harab fuq quddiem mingħajr qatt ma gie milhuq. Huwa temm it-tigrija f’siegħa, 27 minuta u 31 sekonda. Huwa kellu vantagg ta’ iktar minn zewg minuti, liema vantagg poggieh f’ras il-klassifika ta’ din il-kategorija. Fit-tieni u t-tielet post reggħu spiċċaw l-istess ċiklisti tal-bierah. It-tieni spiċċa David Williams tal-Kuota GSG Spinergy f’siegħa, 29 minuta u 3 sekondi, filwaqt li fit-tielet post spiċċa erba’ sekondi warajh Jimmy Jones (Team Optima).

Il-kategorija principali, dik tal-Elite kellna mhux biss tliet ċiklisti differenti fuq il-podium, biz-zewg ċiklisti Norvegizi li tant kienu marru tajjeb fl-ewwel tappa, jiddizappuntaw bis-shih fejn wiehed minnhom kellu anke jirtira minhabba hsara mekkanika. Fl-ewwel post spiċċa f’hin ta’ sagħtejn, 29 minuta u zewg sekondi Filippo Ballatore tal-Ballatore Team. Will Corden spiċċa t-tieni bl-istess hin ta’ sagħtejn, 29 minuta u zewg sekondi. Will Brown spiċċa t-tielet f’sagħtejn, 30 minuta u hdax il-sekonda. B’dan ir-rizultat Will Corden ha l-kmand tal-klassifika.

Fi tmiem l-istadju, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSport Chris Agius, assistit minn Joe Bajada, Segretarju tal-Kumitat Organizzattiv, kif ukoll mill-mistieden specjali tat-Tour José Enrique Gutiérrez Cataluña, p­pre­zentaw il-midalji lir-rebbieha tat-tliet kategoriji kif ukoll l-flokk l-ahmar lir-rebbieha overall.

It-Tour ta’ Malta jkompli għada s-Sibt bit-tielet tappa  fuq ic-cirkwit tan-Nadur, Għawdex fuq distanza ta’ 60 kilometru għal Elite u 40 kolometri għn-Nisa u l-Masters. It-Tour imbagħad jigi fi tmiem tiegħu nhar il-Hadd bir-raba’ tappa li ser issir fuq il-By-Pass ta’ San Pawl fuq distanza ta’ 83.3 kilometru.

———————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Domenico Sicori

———————————————————————————————————————————————————-

———————————————————————————————————————————————————-

———————————————————————————————————————————————————-

Marie Claire Aquilina

———————————————————————————————————————————————————-

Will Corden

———————————————————————————————————————————————————-

 





Leave a comment