It-tieni edizzjoni tal-Valletta Cup Tournament

Tuesday, April 9, 2019, 8:04

Waqt konferenza stampa ngħataw id-dettalji dwar it-tieni edizjoni tat-turnament Valletta Cup.  Din il-konferenza saret ġewwa l-istabiliment il-ġdid The Queen Victoria City Pub fil-Belt Valletta, u ġiet indirizzata Mis-Sur Ray Azzopardi, kunsillier tal-Belt Valletta, flimkien mas-Sur Felix Rizzo President ta’ Valletta Subbuteo Club u s-Segretarja s-Sinjura Monalita Balzan.

Wara s-suċċess tal-ewwel edizjoni tat-turnament Valletta Cup, din id-darba se jkun turnament ikbar għall-fatt li se jkunu qed jikkompetu plejers preżenti u eks plejers taż-żewġ klabbs tat-table football Beltin.  22 plejer ser jkunu qed jipparteċipaw f’żewġ kategoriji dik ‘Open’ u l-oħra ‘Cadet’.

Is-Sur Ray Azzopardi saħaq li jinsab kuntent għax leħaq l-għan tiegħu, dak li jagħqad il-plejers għal dan it-turnament speċjali.  Is-Sur Azzopardi nkoraġixxa wkoll lill-tfal u żagħżagħ biex jinvolvu ruħhom f’dan l-isport.

Is-Sur Felix Rizzo jinsab entużjast għal dan it-turnament, speċjalment meta jara plejers antiki li ħa jieħdu sehem.

Dan l-isport qed iġib ħafna unuri lejn il-Belt Kapitali tagħna u ovjament lejn pajjiżna, allura l-investiment f’dan l-isport huwa mistħoq.

It-turnament ser jsir nhar is-Sibt li ġej 13 ta’ April 2019, ġewwa l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mid-9.00am l’quddiem.  Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jattendi. Id-dħul huwa b’xejn.





Leave a comment