- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

It-tielet rebħa għal Gżira Athleta kontra Hibernians fil-kampjonat

Posted By sportinmalta1 On March 19, 2018 @ 4:04 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Starlites GIG 58

Bupa Luxol 63

(8-18)(16-11)(17-20)(17-14)

Starlites GIG u Bupa Luxol kienu qiegħdin jiltaqgħu għas-seba’ darba dan l-istaġun u Luxol mill-ġdid ħarġu rebbieħa kif għamlu fis-sitt partiti ta qabel. Starlites kienu mingħajr Anthony Schembri u Miguel Falzon fil-waqt li Luxol irkupraw lil CJ Cordina. Luxol fetħu l-partita b’run ta’ 10-0 bil-punti minn Nicola Vasovic u William Ahlberg. Starlites finalment irrispondew bil-punti ta’ Mitchell Brewe li għamel trippla biex naqqsu d-distakk. Luxol komplew bi break qasir ta’ 8-3 u ħadu vantaġġ ta’ 10 punti 18-8. Starlites bdew jirkupraw fit-tieni taqsima li minkejja li fetħet bi trippla ta’ Ahlberg, punti minn Brewe u l-aħwa Felice Pace żammew lil Starlites viċin. Wara li Luxol għamlu żewġ baskets oħra, Starlites kellhom break ta’ 8-2 bi trippla oħra ta’ Brewe biex fl-intervall Luxol kienu 29-24 minn fuq.

Wara l-mistrieħ, Starlites komplew fejn ħallew u bdew b’run ta’ 9-2 b’baskets minn Alec Felice Pace, Robert Bonnici u Brewe biex ħadu vantaġġ ta’ basket 33-31. Luxol irkupraw minn dan il-mument diffiċli hekk kif għamlu run qawwija ta’ 17-2 bi three pointers minn CJ Cordina u Vasovic flimkien ma’ Ahlberg biex temmew it-taqsima 49-41 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Starlites reġgħu naqqsu d-distakk għal 5 punti 46-51 b’aktar punti ta’ Brewe. Luxol wieġbu b’żewġ trippli ta’ Cordina però Starlites għamlu sforz ieħor b’run ta’ 8-0 bi three pointers minn Ryan Carabott u Felice Pace. Huma waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod però ma rnexxielhomx inaqqsu d-distakk biex Luxol ħadu r-rebħa 63-58.

Starlites GIG: S. Pace 4, T. Grech, R. Bonnici 7, I. Felice Pace 2, M. Scerri, I. Pace, A. Felice Pace 15, R. Carabott 3, O. Psaila, J. Wait, M. Brewe 27.

Bupa Luxol: CJ Cordina 8, M. Sjoberg, N. Vasovic 18, J. Mellilo, JP Schembri 2, K. Dimech 6, W. Ahlberg 20, K. Meyer 9, A. Micallef Trigona.

Referees: Tuomas Mantere, Ivica Simic, Emanuel Mangani.

Gżira Athleta 85

Hibernians 81

(16-15)(20-20)(20-18)(16-19)(13-9)

Gżira Athleta ikkonfermaw l-ewwel post tal-klassifika meta

Ritratt: Wally Galea

reġgħu għelbu lil Hibernians 85-81 fejn kien meħtieġ il-ħin barrani hekk kif fi tmiem il-ħin regolamentari l-iskor kien ta’ parita 72-72. Iż-żewġ timjiet kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom bl-Athleta jżidu wkoll lil Matthew Gouder fil-line up tagħhom. Wara basket inizzjali minn Jon Feiler tal- Athleta, Hibs irrispondew b’run ta’ 8-2 bi trippla ta’ Roderick Vella u l-punti ta’ Alvaro Lizaur. Athleta kellhom il-punti ta’ Feiler u Ivan Mitrovic li kellhu three pointer biex huma temmew it-taqsima 16-15 minn fuq. Fit-tieni sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin kontinwament bil-Hibs jiftħu vantaġġ żgħir wara trippli minn Chad Patus u Vella. Athleta wieġbu b’run oħra ta’ 9-2 bil-punti ta’ Feiler, Mitrovic u Peter Shoults biex daħlu jistrieħu punt minn fuq 36-35.

L-andament baqa’ l-istess fit-tielet sessjoni bl-ebda team ma jirnexxielhu jiftaħ vantaġġ kbir. Punti ta’ Michael Naudi u Feiler raw lil Athleta jmorru 3 minn fuq 51-48 qabel ma Hibs wieġbu bi trippla ta’ Patus. Basket ta’ Feiler ippareġja l-partita u three pointer stupend ta’ Mitrovic minn distanza konsiderevoli poġġa lil Athleta 58-53 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, Athleta żammew il-vantaġġ b’aktar punti ta’ Mitrovic u Feiler 69-64. Hibs għaddew minn mument tajjeb bi trippla oħra ta’ Vella u l-punti ta’ Patus biex ħadu l-vantaġġ iżda free-throw minn tnejn ta’ Feiler ippareġja l-partita 72-72 biex il-partita marret għal ħin barrani. Hawn Athleta fetħu bil-punti ta’ Feiler biex marru 4 minn fuq. Hibs ġew lura mill-ġdid permezz ta’ Lizaur u Patus però kienu Athleta li għamlu l-aħħar punti minn Feiler u Mitrovic biex ħadu r-rebħa 85-81.

Gżira AthletaM. Naudi 10, P. Shoults 4, L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici, O. Said 4, M. Gouder 2, N. Xuereb, S. Vincic, I. Mitrovic 25, J. Feiler 40.

 

Hibs: R. Vella 20, P. Attard, K. Sultana,  L. Farrugia 4, S. Attard, I. Bonett, L. Tardito, A. Axiaq 6, M. Matijevic 5, A. Lizaur 17, F. Mariani, C. Patus 29

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

9

8

1

17

738

662

Hibs

9

6

3

15

708

657

Bupa Luxol

9

5

4

14

735

677

Cynergi Depiro

8

2

6

10

565

629

Starlites

9

1

8

10

628

749


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/it-tielet-rebha-ghal-gzira-athleta-kontra-hibernians-fil-kampjonat/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.