It-tielet rawnd tal-Yamaha Gozo Motocross Championship

Thursday, December 7, 2017, 10:22

Il-Gozo Motorcross Association ser torganizza it-tielet rawnd mill-Yamaha Gozo Motocross Championship 2018, nhar il-Hadd 10 ta’ Diċembru 2017. It-tlielaq jibdew fis-1:00pm.

Il-kompetizzjonijiet għaddejjin ġmielhom hekk kif is-sewwieqa kollha jagħmlu ħilitom biex minbarra li jippruvaw jispiċċaw fl-ewwel tlett postijiet fil-klassifika tal-ġurnata, jakkwistaw kemm jista jkun punti li jressquhom aktar qrib ir-rebħ tal-kampjonat.

Filwaqt li l-għaqda tilqa’ sewwieq ġdid għal dan l-istaġun, tifraħ bil-parteċipazzjoni ta’ sewwieqa Maltin li jiġu biex jipparteċipaw f’dawn il-kompetizzjonijiet.
L-għaqda kontinwament tħeġġeġ aktar sewwieqa, speċjalment tfal u żgħażagħ adoloxxenti ħalli jiġu jippartiċipaw f’dan l-isport.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur il-paġna ta’ facebook fuq https://www.facebook.com/gmagozo/





Leave a comment