It-tielet post miksub minn Kayden Lagana fit-Tour Ewropew taż-Żgħażagħ fl-Olanda (YET)

Monday, February 17, 2020, 12:18

Kayden Lagana ta’ 12-il sena spiċċa t-tielet fil-kategorija tiegħu fil-ħames waqfa tal-YET ta’ dan l-istagun.

Lagana tela’ sparat fil-quċċata tal-grupp tiegħu magħmul minn 25 plejer fil-kwalifiki b’ serje ta’ 1274, l-aħjar sett ta’ sitt logħbiet perosnali tiegħu, biex wara żamm it-tieni post wara Step 1 biex ikkwalifika mal-aħjar erbgħa.

Dawn lagħbu logħba kull wieħed, bil-plejer bl-iktar logħba baxxa jkun eliminat.

Kayden lagħab 185 biex għadda mal-ewwel tlieta; madankollu it-tieni logħba ta’ 193 ma kinitx biżżejjed hekk kif Jack Blyth u r-rebbieħ eventwali Ben Kristensen jitfgħu logħob ta’ 247 u 225 rispettivament.

Għaldaqstant, Lagana spiċċa mal-ewwel tlieta fil-grupp tiegħu fit-tliet edizzjonijiet tat-Tour Ewropew taż-Żgħażagħ ta’ din is-sena li ħa sehem fih, hekk kif kiseb it-tieni post fil-Belġju, l-ewwel fl-Irlanda u issa t-tielet fl-Olanda.

It-tliet plejers l-oħra Maltin ukoll kellhom wirjiet b’saħħithom; Dylan Santillo, ikkwalifika għall-finali fis-7 post u spiċċa fid-9 post ġenerali fil-grupp; Philip Gruppetta, minkejja l-medja għolja ta’ 220 fis-serje tiegħu, ma għaddiex għall-finali għal 4 pins biss,  filwaqt li Matthew Magro spiċċa fil-21 post fl-istess grupp bħal Gruppetta b’ medja tajba ta’ 207.





Leave a comment