It-tielet post indeċiż qabel l-aħħar partita

Tuesday, May 3, 2011, 22:55

minn Colin Schembri

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIZJONI

Siġġiewi Derby 49
Bupa Luxol 52

(12-14)(17-18)(14-15)(27-17)

Depiro vs Siggiewi

Depiro vs Siggiewi

Fl-ewwel partita mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-irġiel iltaqgħu Siġġiewi Derby kontra Bupa Luxol. Siġġiewi friski mis-suċċess fit-tazza Louis Borg irnexxilhom jerbħu dan il-konfront 70-64 biex baqqgħu mhux megħluba minn meta reġa’ kompla l-logħob. Siġġiewi kellhom lil Lee Ross u Louis Camilleri nieqsa b’dan tal-aħħar imur ikompli l-istudji tiegħu fil-waqt li Luxol kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Siġġiewi għamlu l-ewwel 7 punti tal-partita fosthom trippla minn Marco Matijevic. Kien imiss lil Luxol jirrispondu b’run ta’ 11-1 biex ħadu vantaġġ li żammew sa’ tmiem is-sessjoni 14-12 wara trippla minn Petar Apcev.  Luxol komplew ikabbru d-distakk sa’ nofs it-tieni perjodu bil-baskets ta’ Andrew Cremona u Apcev u kienu 5 minn fuq fil-ħames minuta 21-16. Lejn it-tmiem tas-sessjoni kien hemm three pointers fuq kull naħa minn Nikola Vasovic għal Luxol u Adrian Micallef għal Siġġiewi biex fil-halftime Luxol baqgħu 3 minn fuq 32-29.

Fit-tielet sessjoni Siġġiewi ppareġjaw bi three pointer ta’ Alan Borg pero pronta kienet ir-risposta ta’ Luxol permezz ta’ Vasovic u Jean Paul bonnici biex reġgħu marru fuq quddiem. Luxol baqaw jirrispondu għall-punti ta’ Siġġiewi u minkejja li Karl Borg għamel trippla għac-champions kien Apcev li għamel l-aħħar punti ta’ Luxol li b’hekk bdew ir-raba’ sessjoni 47-43 minn fuq. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni trippla ohra ta’ Vasovic giet imwieġba b’oħra minn Peter Shoults. Pero’ fil-ħames minuta, Siġġiewi bdew run ta’ 16-0 b’diversi punti ta’ Matijevic u trippla oħra ta’ Karl Borg biex marru fuq quddiem 64-52. Fl-aħħar minuta Luxol tħabtu biex inaqqsu d-distakk permezz ta Vasovic u Apcev pero’ ma kienx għad fadal ħin u Siġġiewi ħarġu rebbieħa 70-64.

 

Siġġiewi Derby: P. Shoults 10, J. Doughty, E. Xuereb, A. Borg 10, A. Micallef 11, K. Borg 6, J. Jetson 8, M. Matijevic 25

Bupa Luxol: C.J. Cordina, M. Mercieca 2, R. Azzopardi,  A. M. Trigona, P. Apcev 25, A. Costa, N. Vasovic 17, T. Paris, A. Cremona 9, E. Caruana Montalto, J.P. Bonnici 11, S. Capello.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Kontinwazzjoni tal-partita Tata Motors Loyola vs Bupa Luxol

Wara li l-partita li kienet intlaghbet fit-30 ta’ Marzu bejn Tata Motors Loyola u Bupa Luxol kellha tmiem drammatiku u taħt protest, il-partita tkompliet il-Ħadd li għadda. Infakkru li l-bord tekniku tal-MBA kien iddecieda fit-12 ta April li l-partita trid titkompla bit-tieni sessjoni ta ħin barrani u l-freethrows li kienu taw ir-rebħa lil Luxol jerġgħu jinataw. Is-sessjoni tal-ħin barrani kienet nettament f’idejn it-team ta’ John Tabone li bdew bil-freethrows ta Nikola Vasovic u basket minn Jean Paul Bonnici. Loyola għamlu tlett freethrows minn David Camilleri u Alex Tabone biex waslu sa punt il-bogħod 76-77. Pero’ minn hemm il-quddiem saru biss punti minn Luxol bi trippla ta’ Antoine Costa, basket minn Petar Apcev u freethrow ta’ Tom Paris biex finalment rebħu l-partita 84-76.

 

Depiro 59

Siġġiewi Derby 76

(17-16)(12-14)(7-27)(23-19)

Siġġiewi Derby għelbu lil Depiro Mtarfa 76-59 minkejja li kienu mingħajr Marco Matijevic u Depiro kienu mingħajr Isaac Tanti. Depiro riedu rebħa minn din il-partita biex jikkwalifikaw għal fażi finali pero’ kellhom wirja pjuttost negattiva. L-aħħar tama għal Depiro li jilgħabu fic-championship pool issa tkun l-aħħar partita tagħhom kontra Athleta fejn xejn inqas minn rebħa ma jtijhom post mal-aħħar tlieta. F’nofs l-ewwel sessjoni Depiro kienu 9-6 minn fuq wara trippla minn Roderick Vella. Siġġiewi dawwru l-iskor wara trippla ta’ Alan Borg flimkien ma’ baskets minn ħuh Karl u Jide Jetson pero’ punti ta’ David Bugeja temmew is-sessjoni bid-Depiro fuq quddiem 17-16. Fit-tieni perjodu l-vantaġġ ta’ Depiro kiber għal 6 punti fis-sitt minuta 26-20 wara fast breaks ta’ Andrew Aquilina. Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Peter Shoults f’run ta’ 10-3 biex daħlu jistrieħu punt minn fuq 30-29.

Il-ftuħ tat-tielet sessjoni kien nettament f’idejn ic-champions li għamlu run ta’ 13-2 li għalquha bi trippla ta’ Lee Ross biex f’nofs is-sessjoni kienu 9 minn fuq 43-34. Id-distakk kiber ghall 11-il punt fl-aħħar żewġ minuti meta mbagħad Siġġiewi għamlu run ohra ta’ 10-0 bi three pointers minn Adrian Micallef u Ross u temmew il-perjodu 57-36 minn fuq. Depiro ppruvaw l-aħħar sforz fil-bidu tal-aħħar perjodu pero’ Siġġiewi komplew jirrispondu tant li trippla oħra ta’ Ross ħalliethom 20 minn fuq fis-sitt minuta 68-48. Lejn it-tmiem kien hemm punti ta’ Aquilina u trippla ta’ Jean Paul Schembri ghal Depiro pero’ d-distakk kien wiehed kbir u Siġġiewi rebhu l-partita 76-59.

Depiro:  R. Vella 12, J.P. Schembri 6, D. Bugeja 11, A. Aquilina 14, J. Gatt, E. Lupo 5, M. Mallia11, G. Mercieca.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 8, J. Doughty, E. Xuereb 7, A. Borg 6, A. Micallef 28, L. Ross 13, K. Borg 2, J. Jetson 12.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Bupa Luxol 61

Tata Motors Loyola 51

(20-15)(20-12)(2-15)(19-9)

Fl-aħħar partita, Bupa Luxol għelbu lil Tata Motors Loyola 61-51 u fetħu vantaġġ ta’ żewġ punti fuq Depiro Mtarfa biex issa jistennew l-aħħar partita ta’ Depiro biex jaraw jekk hux se jagħmluha mal-aħħar tlieta. Luxol għamlu l-ewwel 8 punti tal-partita bi three pointers minn Petar Apcev u Jean Paul Bonnici. Loyola wieġbu bi trippla ta’ Jovan Mihailovic pero’ Luxol reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 8 punti 14-6. Trippla ta’ David Camilleri naqqset id-distakk għal Loyola pero’ Apcev u Nikola Vasovic ukoll għamlu t-three pointers għal Luxol li temmew l-ewwel sessjoni 20-15 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Apcev, Vasovic u Bonnici baqgħu jagħmlu l-punti ta’ Luxol flimkien ma’ Marco Mercieca u Andrew Cremona biex f’nofsha huma fetħu vantaġġ ta’ 15 il punt 34-19. Loyola reġgħu wieġbu bil-punti ta’ Mihailovic pero’ Luxol għalqu s-sessjoni bi break qasir ta’ 6-2 u daħlu jistrieħu fuq quddiem 40-27.

Pero’ fit-tielet sessjoni l-punti ta’ Luxol waqfu wara basket minn Mercieca fl-ewwel minuta biex minn hemm il-quddiem Loyola għamlu run  ta’ 13-0 fosthom trippla ta’ Sean Pace u rnexxielhom jippareġjaw il-partita 42-42. Billy Zammit poġġa lil Loyola minn fuq fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni pero’ Luxol wieġbu b’run ta 7-0 għalkemm Zammit reġa’ wieġeb bi trippla. Wara li kien hemm 4 punti fuq kull naħa għal skor ta 53-51 favur Luxol, dawn tal-aħħar ghamlu run oħra ta’ 8-0 li tathom ir-rebha fuq skor finali ta 61-51.

Bupa: CJ. Cordina, M. Mercieca 8, R. Azzopardi, A. M. Trigona, P. Apcev 16, A. Costa, N. Vasovic 16, T. Paris 1, A. Cremona 4, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 14, S. Capello.

Tata Motors: S. Pace 9, B. Zammit 5, D. Camilleri 4, S. Borg, L. Azzopardi, F. Nicastro, S. Vella 4, A. Axiaq 2, J. Mihailovic 22, J. Anastasi 1, J. Ransley, A. Tabone 4.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Klassifika Kampjonat Irġiel
Team Logħob Rebħ Telf Punti
A to Z Electronics Athleta 11 10 1 21
Siggiewi Derby 11 8 3 19
Bupa Luxol 12 5 7 17
Depiro Mtarfa 11 4 7 15
Tata Motors Loyola 11 1 10 12




Leave a comment