It-tielet post għal-tim nazzjonali Malti tal-weightlifting

Friday, November 6, 2015, 22:43

It-tielet post għal-tim nazzjonali Malti tal-weightlifting f`Tournament fi-Svizzera

  • Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bil-Malti u bl-Ingliż
  • Note:This article has been posted in both English and Maltese

Gavin Muscat

Atleti mill-għaqda  Maltija tal-Weightlifting  kisbu riżultati eċċellenti fl-45 edizzjoni tal- ‘Challenge 210 Tournament’fi-Tramelan Isvizzera. It-tim Malti kien jikkonsisti minn erba ‘atleti Anton Micallef, Matthew Camilleri, Pamela Psaila u Natalie Borg, fejn kisbu it-tielet posizzjoni, din kienet kisba kbira għal dan it-tim ġdid. 180 atleti minn disa pajjiżi differenti pparteċipaw f’din kampjonat bħal; Spanja, l-Italja, l-Ungerija, San Marino, Monaco, Franza, Germanja, Malta u l-pajjiż ospitanti Isvizzera.

L-aħjar riżultat individwali ġie minn Pamela Psaila fejn hi rnexxiela tirbaħ midalja tal-fidda fil-kategorija Elite kontra 24 atleti, hija rnexxielha wkoll tistabilixxi sta żewġ rekords nazzjonali fil-kategorija 63kg bil-refa  78kilo Clean & Jerk u t-total ta ’130kilo. Matthew Camilleri refa t-total ta ’211kilo u jiklassifika 9, Anton Micallef 200kilo u jiklassifika 21 u Nathalie Borg 108kilo u tiklassifika 8.

Dawn ir-riżultati huma ta importanza kbira  għall-kwalifiki tal-avvenimenti internazzjonali li jmiss, dik ghall-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropew u l-kompetizzjoni tal-Mediterran.

It-tim kien immexxi mill MWA President Jesmond Caruana. Din il-kompetizzjoni ma kienx possibbli mingħajr il-ħbiberija bejn l-assoċjazzjonijiet Svizzeri u Maltin flimkien mal-appoġġ tal-Kumitat Olimpiku Malti.
—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

English

Third place for Malta national weightlifting team in Swiss Tournament.

Athletes from the Malta Weight lifting Association obtained excellent results in the 45th edition of the Challenge 210 Tournament in Tramelan Switzerland. The Maltese team consisted of four athletes Anton Micallef, Matthew Camilleri, Pamela Psaila and Natalie Borg, who finished in third place. It was a great achievement for this new MWA team.  180 athletes from nine different counties participated in this tournament such as; Spain, Italy, Hungary, San Marino, Monaco, France, Germany, Malta and the host country Switzerland.

The best individual result came from Pamela Psaila where she managed to win a silver medal in the Elite category against 24 athletes, she also managed to set two national records in the 63kg category by lifting 78kg Clean & Jerk and the total of 130kg. Matthew Camilleri lifted the total of 211kg and ranked 9th, Anton Micallef 200kg and ranked 21st and Nathalie Borg 108kg and placed 8th.

These great results are important for the qualifiers for the next international events, the European Small Nations and the Mediterranean cup.

The team was led by MWA President Jesmond Caruana. This competition was not possible without the friendship between the Swiss and Maltese associations together with the support of the Malta Olympic committee.

Pamela Psaila

 

 

 

 

 

The Maltese contingent

 





Leave a comment