It-tielet ġurnata tat-Tour ta’ Malta 2017

Monday, April 10, 2017, 21:14

Gavin Muscat

It-23 Edizzjoni tat-Tour ta’ Malta tac-Cikliżmu kompliet bit-tielet ġurnata b’road race fuq distanza ta’ 60 kilometru fuq ic-ċirkwit tan-Nadur, Għawdex bi tnax il-dawra għal Elite u tmienja għal Masters u n-Nisa.

Din it-tielet ġurnata rat lil Marie Claire Aquilina tiegħu l-flokk l-aħmar mingħand il-kollega tagħha Michelle Vella Wood (Team Greens) bħala l-leader fil-kategorija Femminili. Anke l-Grieg Lukas Katapodis tal-Klubb Pigasos żamm il-flokk l-aħmar fil-Masters filwaqt li fl-Elite Matthew Higgins huwa l-leader il-ġdid.

Il-Kategorija Elite ntrebħet minn Henrik Førland Velostrada Test Team f’hin ta’1:30:28.05. Warajħ daħal Matthew Higgins Mammoth Lifestyle f’hin ta’ 1:30:29.14, filwaqt li fit-tielet pożizzjoni spiċċa Matthew Davies Rhino Velo Race Team f’hin ta’ 1:32:32.48.

Il-Kategorija tal-Masters intrebhet minn Dave Griffits ta’ Mammoth Life Style f’hin ta’ 1:03:56.61. Huwa kien segwit fit-tieni minn Jim Jones (Velo Vitesse) f’hin ta’ 1:03:56.89 u t-tielet post spicca  Ian Knights Prima Team Racing  f’hin ta’ 1:03:56.96.

Il-Kategorija Feminili regghet intrebhet minn Elice Sharp (NCC Group Kwota Torelli) f’hin ta’ 1:07:35.61. It-tieni regghet spiccat ukoll Ellen McDermott (Edco Continental) f’hin ta’ 1:07:35.92, filwaqt li Stephanie Mottram ta’ NCC Group Iwota Torelli dahlet it-tielet f’hin ta’ 1:07:36.49.

Fi tmiem l-istadju, Joyce Farrugia, Direttur tal-iSports fil-Ministeru ghal ghawdex, Alvin Grech, CEO tal-Gozo Sports Board u Joe Bajada, Segretarju Generali tal-Federazzjoni Maltija tac-Ciklizmu pprezentaw il-midalji u l-flokk l-ahmar lil leaders overall.

It-Tour ta’ Malta jintemm ghada l-Ħadd bir-raba’ u l-ahhar tappa li ser issir fuq distanza ta’ 88 kilometru fuq ic-cirkwit ta’ San Martin.

Ritratti: Claudio Lattanzio (Agenzia Ansa)





Leave a comment