“It-tfal huma ħafna għal qalb il-Kunsill Malti għall-iSport” – Bernard Vassallo

Saturday, May 19, 2012, 12:27

Ritratt - Clifton Fenech - DOI

Diskors miċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport, is-sur Bernard Vassallo, waqt l-inawgurazzjoni tal-Kumpless Sportiv Kirkop il-Ħamis 17 ta’ Mejju 2012.

Bla dubju illum hija ġurnata importantissima għall-isport Malti għaliex qed jiżdied ġojjell ġdid fil-qasam sportiv f’pajjiżna b’dan il-Kumpless Sportiv mill-isbaħ u tal-għola kwalita b’1,900 metru kwadru ta’ spazju speċifikament għall-isport u għall-ġid kemm tal-isportivi Maltin li jikkompetu f’bosta dixxiplini diversi kif ukoll għat-tfal tagħna li mhux biss huma il-futur tal-isport Malti imma l-ġenituri ta’ għada u l-futur tas-soċjeta Maltija.

Aħna inħobbu nipparagunaw l-isport ma’ piramida bl-aqwa atleti elite tagħna fil-quċċata u l-grassroots u dawk li jagħmlu l-isport kif wieħed jgħid bl-ingliż ‘for lesiure’ fil-qiegħ ta’ din il-piramida.

B’investiment ta’ aktar minn €3.5 miljun, (tlett miljuni u nofs ewro)dan il-Kumpless Sportiv Kirkop se jkun qed jindirizza l-piramida sħiha tul il-ġurnata kollha hekk kif id-direzzjoni għandha tkun li jsir massimizar tal-użu tal-istess kumpless fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata, sew minn kmieni filgħodu bil walking and jogging club miftuħ għal kulħadd bla ħlas, waqt ħin ta’l-iskola u anke wara ħin tal-iskola bi programmi sportivi għal kommunita kif ukoll entitajiet sportivi.

Nagħmel emfasi li t-tfal huma ħafna għal qalb il-Kunsill Malti għall-iSport u fl-aħħar xhur sar u qed isir ħafna xogħol f’dan il-qasam. Jekk nieħu bħala eżempju qasam wieħed biss, waqt il-ħin ta’ l-iskola l għalliema ta l-Isports Promotion Unit fi ħdan il-KMS qed jaħdmu biex ikun hemm aktar ħin ddedikat għall-attivita fiżika, konxji mill-istudji li juru li l-isport huwa parti integrali mill-proċess ta’ edukazzjoni holistika u li ma jtellifx l-istudji akkademiċi anzi aktar minn hekk dawk li jagħmlu l-isport kapaċi jġibu l-istess marki jekk mhux aktar għaliex, fost affarijiet oħra, ikollhom stress u time management aħjar minbarra li jħaddnu kwalitajiet importanti bħal team work, rispett, dixxiplina u spirtu kompettitv li jgħinuhom bi sħiħ meta jsiru adulti.

Nemmnu li waqt li rridu nindirizzaw din il-piramida sportiva kollha, u tajjeb li nsemmi li din is-sena se jerġa jkollna rekord ta’ assistenza mgħoddija lill-għaqdiet sportivi lokali, l-isforzi li nagħmlu mat-tfal inqisuh bħala investiment sod, investiment kemm fl-iżvilupp tal-istess tfal għax bl-isport wieħed jista jikseb numru kbir ta’ valuri u life skills kif ukoll investiment għal futur għax permezz tal-isport jistgħu jinkisbu diversi benefiċċji b’xeħta nazzjonalikemm dawk soċjali hekk kif l-isport huwa mezz idejali li jgħin l-inklużjoni soċjali għax għandu jkun għal kulħadd, int ta liema abbilta int,

kif ukoll benefiċċji mediċi u ta’ saħħa u hawn tajjeb li nsemmi li studji juru li kull ewro investit direttament fl-isport kapaċi isarraf f’iffrankar ta’ €4 fl-ispiża tas-saħħa nazzjonali minbarra żieda fil-produttivita tal-pajjiż u dan mhux l-uniku eżempju fejn wieħed jara li l-isport fil-verita huwa ta’ kontribut sinjifikanti għall-ekonomija nazzjonali.

Kollox ma’ kollox, ix-xewqa tagħna hi li l-isport isir dejjem iktar parti integrali fil-ħajja ta’ kull ċittadin

Personalment inħobb dejjem nuża slogan ferm għal qalbi, ‘sport is a way of life’ pero llum quddiem kumpless sportiv mill-isbaħ bħal dan ta’ Kirkop nixtieq nislet kwotazzjoni li jekk nirrefletu sew fuqha

nindunaw li tagħmel ħafna sens f’diversi aspetti, sew individwali, sportivament kif ukoll nazzjonali,

kliem ta’ Winston Churchill li kien qal “we shape our buildings, and afterwards, our buildings shape us.”

Grazzi ħafna.

 

 

 

 





Leave a comment