It-Tennis iridu riżultat tajjeb

Tuesday, May 31, 2011, 8:00

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għall-Melita Sports.

Il-lum jidħlu wkoll fl-azzjoni t-tennisti Maltin fejn hemm stennija kbira biex wara żewġ edizzjonijiet li fihom il-players Maltin naqsu li jiksbu r-riżultati miksuba, f’Monco u Ċipru, issa hemm it-tama li din id-darba nerġħu nibdew nirbħu l-midalji fi sport li tradizzjonalment konna qawwa fih fl-edizzjonijiet passati tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Gordon Axiaq il-kowċ tat-tim Nazzjonali tat-Tennis

Gordon Axiaq il-kowċ tat-tim Nazzjonali tat-Tennis

It-tnejn kienet ġurnata ta’ taħriġ normali għal tliet tennisti, Matthew Axiaq, Nick Camilleri u Elena Jetcheva waqt li Kimberley Cassar ingħaqdet mal-grupp f’Vaduz ftit qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Għat-Tlieta u l-Erbgħa hemm imbassra xi ftit tax-xita u jekk dan ikun il-każ, allura l-players se jkollhom problema hekk kif ħadd minnhom ma tħalla jitħarreġ fuq it-track indoor minħabba li dan kien magħluq.

Il-kowċ tat-tim Malti, Gordon Axiaq  qal li l-players ittrenjawsitt ġimħat barra minn pajjiżna fosthom ħmistax fil-Greċja u ġimgħa Iżrael.

Hu qal li fis-singles tan-nisa Liechtenstein huma s-seeds nru 1 waqt li Kimberley tpoġġiet seed nru 2. Dan ifisser li Scholl tal-Lussemburgu se tilgħab kontra n-Nru 1 u Cassar ikollha polza relattivament aħjar.

Dwar Jelena  Jetcheva il-kowc nazzjonali qal li din hi player b’saħħitha u forsi jonqosha ftit ieħor imma żgur li għandha tmur tajjeb ħafna fid-doubles fejn iħoss li t-tim Malti għandu ċans qawwi li jasal sal-final.

Axiaq qal li l-players għalkemm jidhru kalmi, jħossu xi ftit tal-pressjoni għaliex jafu li f’Monaco t-tennis ma rebaħ xejn u sentejn ilu f’Ċipru ħadna biss bronż.

Il-kowċ nazzjonali qal ukoll li jixtieq jara lil Malta tirbaħ deheb storika fis-singles.

Matthew Axiaq (lemin) u Nick Camilleri qabel is-sessjoni ta' taħriġ tat-Tnejn. Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

Matthew Axiaq (lemin) u Nick Camilleri qabel is-sessjoni ta' taħriġ tat-Tnejn. Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

All-time Medals Table





Leave a comment