It-temp imsaħħab ma jxekkilx l-atmosfera qabel il-Yachting Malta Coastal Race

Monday, October 12, 2020, 16:18

Il-Yachting Malta Coastal Race hija t-tellieqa li tradizzjonalment isseħħ ftit jiem qabel il-bidu tar-Rolex Middle Sea Race. Organizzata mir-Royal Malta Yacht Club din it-tellieqa mistennija sseħħ nhar il-Erbgħa 14 ta’ Ottubru.

Mistennija jingħaqdu mal-flotta nhar l-Erbgħa, hemm erbgħa mit-tmien dgħajjes Maltin li qed jippjanaw li jkunu parti mill-bidu ewlieni fil-Port il-Kbir is-Sibt. Fost dawn hemm Jarhead misjuq mill-baħħara żgħażagħ tal-Fondazzjoni Jarhead, Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin, Xpresso ta’ Sean Borg u r-rebbieħa tar-Rolex Middle Sea Race 2019, Elusive 2.

L-aħwa Podesta kellhom diversi suċċessi f’din it-tellieqa wara li kisbu numru ta’ rebħiet tal-Klassi tagħhom fl-edizzjonijiet preċedenti.

“Elusive 2 se jkun qed jikkompeti fil-Yachting Malta Coastal Race. Aħna pparteċipajna regolarment f’din it-tellieqa għax tipprovdilna opportunità kbira biex nirfinaw id-dgħajsa u nlestu l-ekwipaġġ għat-tellieqa. Din it-tellieqa ittina ħjiel tat-tip ta’ kompetizzjoni li ser nkunu qedin nistennew fir-Rolex Middle Sea Race. ”Maya Podesta

L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Peter Dimech spjega li għalissa jkun kmieni wisq biex tiġi deċiza il-korsa, minħabba li l-kundizzjonijiet mbassra.

“Il-Yachting Malta Coastal Race mhix biss tellieqa ta’prattika għall-ekwipaġġi li jikkompetu imma wkoll prova tajba għall-proċeduri tal-bidu tagħna. Dan żgur li se jkun utli partikolarment għax għandna numru ta’ membri ġodda fit-tim li jkunu qedin jesegwixxu il-proċeduri tal-bidu tagħna “ spjega Dimech.

Minħabba l-pandemija Covid-19, huwa mistenni numru aktar baxx ta’ parteċipanti. Fid-dawl ta’ dan il-Klassijiet kollha se jinġabru flimkien. Il-parteċipanti huma mitluba joqgħodu attenti għal Emenda għall-Istruzzjonijiet tat-Tbaħħir Kostali, li ser tiġi ppublikata nhar it-Tlieta 13 ta ‘Ottubru, eżatt qabel il-Briefing skedat għas-6pm.

Għall-ewwel darba fl-istorja tat-tellieqa, ir-Race Briefing se jsir onlajn sabiex tiġi minimizzata l-interazzjoni u jiġi emfasizzat id-distanza soċjali.

Sadanittant, Yachting Malta għal darb’oħra kkonfermat l-appoġġ tagħha lejn it-tellieqa. Din ser tkun il-ħames darba li ser jingħata dan l-appoġġ.

“Yachting Malta tinsab kuntenta li għal darb’oħra qed turi l-appoġġ tagħha lejn ir-Royal Malta Yacht Club hekk kif il-Klabb qed iħejji ruħhu għar-Rolex Middle Sea Race. It-Tellieqa Kostali tipprovdi ħarsa zgħira lejn dak li hu mistenni fil-ġimgħa li ġejja u lkoll qedin nistennew bil-ħerqa li nilqgħu l-parteċipanti għal dan l-avveniment ewlieni tal-ibburdjar.” iddikjara John Huber, Chairman Yachting Malta.

Il-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race hija skedata li tibda nhar is-Sibt, is-17 ta’ Ottubru.

Aħbarijiet uffiċjali jinħargu mir-Royal Malta Yacht Club u l-aħħar aġġornamenti jinstabu ukoll fuq il-midja soċjali Rolex Middle Sea Race:

Facebook @RolexMiddleSeaRace
Instagram @rolexmiddlesearace
Twitter @rolexmiddlesea

Il-hashtags uffiċjali huma #rolexmiddlesearace #rmsr2020





Leave a comment