It-Team Nazzjonali tal-Futsal kontra l-Finlandja

Thursday, October 14, 2010, 15:11
Vic Hermans Malta Futsal National coach with FIFA President Sep Blatter

Vic Hermans Malta Futsal National coach with FIFA President Sep Blatter

minn Caroline Attard.

It-Team Nazzjonali Malti tal-Fusal (indoor 5 a side) jirritorna fl-azzjoni sabiex jipprepara għall-kwalifikazzjoni tal-Ewro 2012 meta llejla u għada l-Ġimgħa fit-8pm jospita lill-Finlandja għal-żewġ partiti ta’ ħbiberija.

F’Konferenza stampa li ta l-coach Nazzjonali Vic Hermanns qal li l-Finlandja huwa wieħed minn dawk il-pajjizi li qiegħed jevolvi b’pass mgħaġġel f’din il-logħba u jipposedi players professjonali ta’ kwalita’ inkluż wieħed ibbażżat fi Spanja. Iż-zewg partiti jintlgħabu fil-Kottonera Sports Complex tal-Kunsill Malti għall-iSport.

Apparti mill-kwalifikazzjoni għall-Ewro 2012 f’ Jannar li ġej, it-Team Nazzjonali Malti se jkun inpenjat fl-ewwel edizzjoni tal-Mediterranean Futsal Cup li se ssir fil-Libya matul ix-xahar ta’ Novembru.

Ghal dan it-tornew se jipparteċipaw 16-il pajjiż, b’kull team jilgħab sitt logħbiet fi spazju ta’ għaxart  ijiem.

Fil-poloz li tellgħu l-Erbgha filgħaxija sar magħruf li Malta se tkun qed tikkompeti fi grupp Ċ kontra il-Bosnia, Ċipru u t-Tunesia.

It-Team Nazzjonali tal-futsal se jippartecipa f’tornew ieħor f’Dicembru fejn fl-iSvizzera jilgħab kontra l-pajjiż organizzattiv il-Ġermanja u anke kontra t-Turkija.

Il-preparamenti tal-Maltin jiġu konklużi f’Jannar fejn jilgħabu żewg partiti oħra ta’ ħbiberija qabel jibda l-mini tournament ta’ kwalifikazzjoni fejn Malta taffronta lill-Bulgarija, Franza u l-Litwanja. 

L-iskwadra finali imsejħa minn Vic Hermans għall-dawn il-partiti tinkludi wkoll lil Jonathan Magri Overand li bħal Michael Misud jinsab mingħajr Club għaliex qed jirrifjuta li jilgħab mat-teamli jinsab irreġistrat miegħu skond ir-regolamenti tal-MFA jiġifieri Scandals sportinmalta.com. 

Goalkeepers B. Baldacchino, M. Mifsud, B. Vassallo.

Players – M. Borg, C. Brincat, C. Cope, J. Cutajar, N. Del Re, A. Galea, J. Gatt, D. Gera, R. Magro, J. Magri Overend, C. Scicluna, X. Saliba, D. Smith, F. Xerri.





1 Comment

  1. Kilin says:

    Filwaqt li ma nitlef qatt l-okkazjoni biex fejn nista naghti s-support tieghi lit-tim nazzjonali malti, ninsab iddizapuntat bil-program li tqassam waqt il-lobgha tal-bierah tal-Futsal bejn Malta u l-Finlandja, f’ dan il-programm kien hemm hafna zballji, plejers li ma kienux mghajjta mat-tim li kienu mnizzla xorta wahda u ohrajt mghajjta mat-tim nazzjonali li ma ssemew imkien fuq dan il-fuljett, minbarra f’hekk il-clubs li jilghabu maghom il-plejers tan-nazzjonal kienu l-club li kienu maghom il-plejers fl-istagun l-iehor u mhux dan l-istagun li ninsabu fih.

    Minbarra hekk l-iscore board tal- Cottonera Sports Complex ma kienx qed jahdem ghall din il-partita internazzjonali.

    Illejla xorta wahda nheggeg in-nies sabiex imorru sal-Cottonera Sports Complex u jaghtu is-support taghom lit-tim internazzjonali Malti forsi jirnexillna ngibu rizultat sodisfacenti. Dejjem FORZA MALTA. U nittama li l-MFA taht l-amministrazzjoni gdid taghha taghti aktar importanza lil lobgha tal-Futsal f’ Malta.

    [Reply]

Leave a comment