It-team Nazzjonali Malti tal-Lotta jirbah il-Wales Open

Tuesday, August 20, 2013, 9:37

Il-ħames lottaturi Maltin immexxija mil-kowċ nazzjonali Jesmond Giordimaina irnexxilhom iwettqu rebħa konvinċenti f’Cardiff meta kollha kemm huma rebħu midalji. Malta bħala tijm rebħet id-deheb, it-ieni spiċċat Wales u t-tielet l-Irlanda ta’ Fuq.

Rebħu deheb Gary Giodimaina (Kat. 50kg,), Adam Vella, (ponsorjat minn Spiteri Bailey) (Kat. 60kg) u Andrea Saliba (Kat. 66kg). Ta’ min jgħid li Saliba kien l-aħjar lottatur Malti. Mill-banda l-oħra mpressjona ħafna ż-żagħżugħ Gary Giordimaina. Aidan Buhagiar kiseb il-fidda (Kat. 96kg) filwaqt li Abraham Vassallo (Kat. 84kg) ħa l-bronz).





Leave a comment