It-Tarabai jagħmilha fl-aħħar minuti!

Monday, August 19, 2013, 13:16

Minn Robert Busuttil

Hibernians…………1
Tarxien R …………..0

Edison Luis dos Santos, magħruf aħjar bħala Tarabai kien il-protagonista finali ta’ din il-partita fejn ħalla l-marka tiegħu b’gowl li wasal erba’ minuti fuq il-ħin miżjud biex ta l-ewwel rebħa lill-Pawlisti fid-derby kontra l-ġirien Tarxien.
Sa dak il-ħin, ir-Rainbows, li lagħbu għal taqsima sħiħa bi plejer anqas, ikkontrollaw tajjeb il-furja Pawlista u dehru resqin lejn riżultat ta’ dro.
Hibernians ippruvaw jiżblokkaw ir-riżultat b’tentattivi ta’ Failla, Cohen, Jackson Lima u Tarabai iżda dejjem sabu lid-difiża Tarxiniża attenta għal kull eventwalita’.

Fl-44 minuta Tarxien spiċċaw b’10 plejers meta tkeċċa Marko Potezica bit-tieni karta safra.
U kif għedna aktar qabel meta kollox kien jidher li riżultat kien se jkun dak ta’ dro, fl-94 minuta ġara dak li forsi ħadd ma basar. Kien korner mogħti mix-xellug mis-soltu Clayton Failla li sab lest għall-okkażjoni Edison Luis dos Santos li b’daqqa ta’ ras għeleb lill-gowler Tarxiniż Vella għall-gowl li prattikament iddeċieda l-logħba.





Leave a comment