It-Taħwid fil-Boxing f’Malta

Monday, May 17, 2010, 6:00

minn Sandro Micallef.

Amateur Boxing

Amateur Boxing

Huwa fatt li l-Boxing reġa’ ħa spinta ‘il quddiem grazzi għall-Malta Boxing Federation li reġgħet irxuxtat wara snin inattiva. Pero’ hekk kif ġeneralment jiġri f’Malta meta xi ħadd jipprova jagħmel il-ġid issib xi individwu ieħor jew xi grupp ta’ nies li jew jippruvaw ifixklu. Sirt naf li dan l-aħħar il-Malta Boxing Federation organizzat il-Malta National Championships. Ngħidilkom prosit imma ngħidilkom ukoll about time ! X’kontu qed tistennew biex torganizzaw dawn il-kampjonati ? Xi ħadd viċin il-boxing qalli li kien hemm ħafna ntoppi u mhux il-Clubs kollha kienu qed jaqblu li jipparteċipaw f’dawn il-kampjonati. Insomma fl-aħħar saru u kienu suċċess, min hawn ngħid prosit lil Alex Zammit u lil-grupp ta’ voluntiera tiegħu li ħadmu għal dan is-suċċess, nispera li il-kampjonati issa jibqgħu isiru kull sena anke biex iżommu l-kredibilita’ mal-KMS u mal-KOM.

Li qed idejjaqni fil-boxing u t-taħwid li qed isir anke mid-dilettanti stess li qed ifixxklu kważi apposta d-differenza bejn l-Amateur Boxing (dak Olimpiku) u dak il-Boxing Professjonali.

X’hini d-differenza bejn Amateur Boxing u Professional Boxing:

Amateur Boxing:

Dan hu l-Boxing li fih il-boxer ikollu l-head guard u l-ingwanti ġeneralment ikollhom ċirku abjad quddiem. Dan it-tip ta’ boxing u dak ipprattikat uffiċjalment fl-Olimpijadi. Kif ikun hemm id-demm ir-referee jwaqqaf il-ġlieda sakemm jitneħħa d-demm. Ġeneralment boxer jilgħab bil-kit Blue u ieħor bl-aħmar. It-teknika hija iktar importanti mill-aggressivita. Boxers Amateurs ma jistgħux jiġġieldu fil-Professional Boxing. Dan hu l-boxing sanzjonat mill-Malta Boxing Federation.

Professional Boxing:

Dan hu boxing li jintlagħab mingħajr head guard u muhiex rikonnoxxut mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u l-anqas mill-AIBA. Ġeneralment il-bouts tal-Professional Boxing ikunu organizzati minn promoters u mhux minn assoċjazzjonijiet. Il-Boxers jiġġieldu bil-kit personali u m’hemmx kuluri partikolari għax-shorts basta dawn ikunu t-tnejn differenti.  F’dan it-tip ta’ Boxing huwa iktar ibbażat fuq l-aggressivita milli t-teknika.

Dan l-ahhar qed ninnota li diversi individwi u Clubs qed jorganizzaw ħafna attivitajiet ta’ Boxing professjonali fejn il-ġliediet ikunu organizzati ġo Clubs bħal SKY Club Paceville u postijiet oħra. M’għandi xejn kontra dawn l-attivitajiet pero f’ġieħ is-sewwa ejja nkunu kreddibbli f’dak li norganizzaw u f’dak li nippublikaw fil-gazzetti. Dan l-aħħar qrajt li se jiġu organizzati seba’ ġliediet fejn tnejn minnhom se jkunu għal titli partikolari ; bħal Super Middleweight Mediterranen Championship u Heavyweight Meditterranean Championship.

Professional Boxing

Professional Boxing

Nistaqsi b’liema kriterju l-organizaturi li huma l-Malta Fight Club jagħtu dawn l-ismijiet ta’ titlu għal dawn il-ġliediet. Mela jekk  iġġelled Malti ma’ boxer Ingliż quddiem folla ta’ 500 ruħ għandek il-fakulta li tiddeskrivi l-attivita tieħek b’dan il-mod bombastiku ? Mhux ta’ b’xejn nibqgħu lura f’dan il-pajjiż. Nagħmel appell lil dawn l-organizatturi u organizzaturi oħra biex ma jibqgħux jitmejlu bin-nies u joqgħodu attenti għaliex illum bl-internet malajr issib xi promoter jew organizazzjoni tal-Professional Boxing Internazzjonali u jagħmel xi kawża fuq rights tal-isem tat-Titles. Dawn l-affarijiet mhux ċajt ta ! Iftħu għajnejkom għal ġid tal-Boxing f’Malta.





17 Comments

  1. james grech says:

    Dal pajjiz jibqa mwahhal fl injuranjza ax meta gurnalist bhal Sandro jaghmel artiklu tajjeb fuq sports interessanti bhal boxing, kulhadd johrog defensive jikkritika lil gurnalist fuq dettalji bla sens u biex juri li hu jaf iktar…jien li nhobb insewgwi fuq fuq sport sekondarju (iva bhala popolarita sekondarju-huwa fatt) bhal boxing itini d dahk meta nisma titli bombastici al glied bejn amateurs maltin….iva b dan il mod ir reputation ta min qed jorganizza dawn il bouts tkun tad dahk u mhux kredibbli u jibqa sports li hlief l istess nies ma jmorrux isegwuh…

    [Reply]

    Dilettant Sportiv Reply:

    My friend James, if you think this was an article then I am sorry to say that you do not know much about boxing. If you want to know the multiple bad things about the article, please read Matthew Azzopardi and Kris Mintoff’s posts and then tell me if you think this article was good

    [Reply]

  2. daniel micallef says:

    u hu nota ta dawn sandro ,ta ax ahna nitbalu u nistinkaw bis serjeta fit trejning ,u nitrenjaw kuljum kemm jista jkun ,gifiri oqot atent fuq ix titkelem u kif tpogi il klim ek ma tkunx agornat seww fuq il boxing .ax umbat u il hsara tkun et isir min naha ta nis li jkolom fema bhalek ta ,thanks

    [Reply]

  3. Kris Mintoff says:

    “Professional Boxing:

    Dan hu boxing li jintlaghab minghajr headguard u muhiex rikonoxxut mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u l-anqas mill-AIBA”

    Din verita pero ma tnehhi xejn mil-mertu ta’ l-isport. Mike Tyson sar campjin tad-dinja tal-WBC, assocjazzjoni professjonali li mhix rikonoxxuta miz-zewg assocjazzjonijiet imsemmija fis-silta ta’ fuq. Jezisti diversi forom ta’ sport li mhumiex sports Olimpici, imma huma tabilhaqq sports serji, u sports tal-massa. L-American Football mhuhiex sport olimpiku, madankollu ghandu miljuni ta’ nies warajh.

    “Generalment il-bouts tal-Professional Boxing ikunu organizzati minn promoters u mhux minn assocjazzjonijiet.”

    Din is-silta hi totalment inkorretta. Il-bouts professjonali ikunu organizzati minn promoters li jhallsu ‘sanctioning fee’ (mizata/ permess) lil assocjazzjoni tal-boxing professjonali sabiex jinghataw id-dritt jorganizzaw glidiet taht il-kappa ta’ l-assocjazzjoni jew federazzjoni inkwistjoni. Dawn l-assocjazzjonijiet jirrikonoxxu lil ufficjali, judges, referees ecc li jmexxu dan il-glied u jirrikonoxxu r-rizultat u l-boxers li jkunu ppartecipaw f’dawn il-glidiet. Ir-regolamenti tal-glieda jkunu gew mahruga mit-technical committee ta’ l-imsemmija assocjazzjoni, u jekk xi parti ma taqbilx mar-rizultat tal-judges din tappella quddiem il-bord tad-decizjonijiet ta’ l-imsemmija assocjazzjoni professjonali u mhux mal-promoter. Il-promoter hu biss responsabbli biex ibiegh il-biljetti, jsib l-isponsors, jorganizza l-venue u jhallas lil boxers, announcer, ring girls, security ecc, f’kelma wahda ma’dak kollu li ghandu x’jaqsam ma’ dak li jaraw in-nies vizwalment. Il-promoter jaghmel business ghax ihallas is-sanctioning fees u l-pagi tal-boxers, referees, ecc, u jigbor il-gate money u l-isponsorships, tv rights ecc. L-assocjazzjoni, minkejja li professjonali, tkun non-profit organisation, professjonali biss ghax tkun tal-professional boxing u mhux ta’ l-amateur boxing.

    Dak it-tip ta’ boxing li jigi organizzat minn promoter li ma jkollu l-benedizzjoni ta’ l-ebda entita’ rikonoxxuta tal-boxing kif spjegat fis-silta ta’ fuq jissejjah “unsanctioned boxing” u mhux professional boxing.

    [Reply]

  4. Kris Mintoff says:

    Without doubt this article does no justice to boxing in Malta. However I do beleive the journalist in question intended to do some constructive criticism, which though hard to stomach, boxing organisers should pay heed to and use it to fuel their improvement. Unfortunately misinformation was present and the article was somewhat biased, pointing out only flaws in Malta Fight Club as opposed to another boxing entity. It’s standard, when you’re an organiser, nobody gives you the credit, but everybody is quick to point out things you could have done better. In the end, this article, good or bad, is coverage for boxing, prompted people to put in their opinion, showed that the public cares about boxing. And, the crowds at Malta Fight Club Events prove just that, that the public wants boxing. They prove what style of boxing the public likes to watch. And guess what? Sky Club events vs De La Salle event, now you guess where Joe Public wants to watch his boxing at! Joe Public finances boxing through his gate money funding, so he has the right to decide where he wants his boxing to be held at !!!!!!! One last good luck to the Malta Boxing Federation. We need our amateur brother too. Good amateurs = good prospects for the professional arena. Boxing is king!!

    [Reply]

  5. Charlo Azzopardi says:

    Please rename the article to “It-tahwid meta tikteb artiklu bla ma’ tamel Ricerka”

    Why not assign someone who knows something about this sports and really has boxing at heart to write regular boxing articles in this site?

    [SPORTINMALTA] Thank you for viewing this website Charlo and we respect your opinion on the article in question – If you know of anyone who is interested and committed to cover boxing on behalf of sportinmalta.com please don’t hesitate to drop us an email on info@sportinmalta.com

    [Reply]

    Charlo Azzopardi Reply:

    Suggestions sent.  Thank you for your interest .

    [Reply]

  6. Sean says:

    Well said Matthew Azzopardi, Sandro Azzopardi can learn a lot from your article.

    [Reply]

  7. Matthew Azzopardi says:

    Ghaziz Sandro,

    L-ewwel nett nixtieq najdlek grazzi u prosit talli ghallanqas ghamilt dak li hadd mill-gurnalisti l-ohra ma jaghmel: jirrikonoxxi l-isport tal-boxing. Ma nafx ghalfejn hafna mill-gurnalisti ghadom bl-ideologija banali li il-boxing huwa biss glied barbariku u lanqas ma jisthoqqli jinghata it-titlu ta sport. Madanakollu ma naqbilx mieghek f’diversi punti. Tghidilna ‘about time’ li organizzaw National Title? Biex tghid dan il-kliem inhoss li qatt ma tkellimt ma ‘the man in the street’ fuq il-boxing. Hafna nies ma jsibux differenza bejn it-tkeskis tas-sreidak u il-boxing. Jekk ghalihom glieda ma tispiccax b’ knockout, ikun dizzappunt kbir u il-glieda tissejjah tedjanti. Apparti min hekk, jekk tipprova issaqsi ghal sponsor taghmel inqas success milli jekk tiggield ma Mike Tyson. Barra min hekk, l-unika exposure li jkollu il-boxing fuq l-istazzjonijiet televizivi hija meta ma jkollomx biex jimlew il-kolonna ta l-isport. Jien dilettant ta kull dixxiplina sportiva u ghandi rispett lejn kull atleta imma jahasra qisu il-football biss jezisti Malta. Hemm xi hadd li ma jafx min hu Michael Mifsud jew Gilbert Agius? Imma iz-zghazagh promettenti Haithem Laamouz, Yousef Shah, Noel Azzopardi u Daniel Micallef niddubita jafuhomx aktar nies mill-membri tal-familja taghhom allavolja hemm minnhom telhu jikkompetu ghat-titli mondjali fl-amateurs. Madanakollu tahseb li huwa gust li tghid about time meta il-boxing ma sab xejn hlief resistenza tul it-triq?

    Rigwart il-boxing professjonali, ghandek ideat zbaljati ferm. L-ewwel nett mhux vera li l-aggressivita importanti aktar mit-teknika. It-teknika hija l-ewwel, it-tieni u it-tielet l-aktar haga importanti. L-aqwa boxer bhalissa huwa Floyd Mayweather li mhu aggressiv xejn imma it-teknika tirghu tbellhek. Prova kun aktar korrett ghax bl-istess argument, il-football huwa corma players jigru wara ballun b’kompetizzjoni ta min jitfaw l-aktar fix-xibka opposta. Ma nistax nitkellem ghan-nom tal-Malta Fight Club, pero meta jkollok titlu ta Heavyweight Maditterenean Champion, dak ikun rikonnoxxut bhala champion ta dik l-association biss. Naf li hi bla sens imma fid-dinja, ghal kull kategorija jezisti xi 20 world champion ta associations differenti!! Il-Kbar huma WBA, WBC, IBF, WBO umbad hemm hafna zghar: WBU, WBB, IBO, WBF etc. Biex naghtik idea, kemm ilhom jezistu l-erba kbar, Bernard Hopkins biss irnexxielu jirbahom kollha u dan wara li kien 1 minn 7 boxers ta kull zmien li dam champion ghal-10 snin konzekkutivi. Kieku tkun dillettant daqsi fil-boxing mondjali tifhem il-vera tahwid li jazisti. Jekk dak li Malta Fight Club (nerga nsostni li mandix x naqsam maghhom u ma nafx kif titmexxa l-organizzazjoni) jaghmlu huwa kredibbli u skond il-ligi, mela ghandom kull dritt li isejjhu lil Billy Corito Meditteranean Champion ghax huwa il-kampjun affilijat mal Malta Fight Club.

    Fl-ahhar mill-ahhar, il-maltin ghandom jiehdu gost li sirna naraw kompetizzjonijiet tal-boxing fuq bazi regolari. Nixtieq nikkonkludi b’zewg punti: nerga nghidlek grazzi Sandro ghax tajt importanti lil wahda mill-isbah dixxiplini sportivi li tezisti u lil shabi li diga hallew il-kummenti, nghidilkom hudu gost li taraw min jikkritika; dan iffisser li l-isforzi kollha u l-energija li qed tintuza biex jitkabbar l-isport, issa qeda tkattar il-frott, ghax wiehed mill-gurnalisti maltin ha il-hin tieghu biex jikteb artiklu u b’dan il-mod, taghna importanza daqs kwanlunkwe sport iehor: sport li ghandu potenzjal li jrodd midalji olimpjadi fil-futur jekk ikun hemm min jaghti cans u rizorsi. GRAZZI!!!

    [Reply]

    Kris Mintoff Reply:

    Matt, int biss spjegajtha din, li jezistu diversi assocjazzjonijiet tal-boxing mondjali u li dawn kollha ghandhom ic-campjins rispettivi taghhom f’kull kategorija skond il-piz. Din lin-nies tgerfixhom, ghaliex meta jistaqsu min hu c-campjin tad-dinja dawn jippretendu li jircievu isem ta’ boxer bhala twegibha u mhux spjegazzjoni ta’ ghoxrin minuta. Izda din hi xi haga komuni fil-boxing fuq skala dinjija u mhux xi haga li qed tigri fil-boxing f’Malta biss. Zgur li m’hemmx l-ebda lok li xi promoter barrani jiftah kawza lil Malta Fight Club. Din hi impressjoni zbaljata ferm.

    [Reply]

  8. simon cassar says:

    by d way there was 1600 watching not 500 mr.know it all looooool how funny r dis journalist

    [Reply]

  9. simon cassar says:

    d fact is tht wen u talk wit out ur know wot ur sayin u can say alot of crap, d ting is tht wen ur in d ring & u start d fight is wre u ve 2 c wot ur capable of – if ur so pro y wont u make a competition & u give d names tht ur recalling? if ur a man of ur word do some ting like dis & we bring d fighters & u bring urs & we c hows d best in d circle

    [Reply]

  10. scott dixon says:

    i would be very happy if you could contact me as i am deeply saddened by your article against my organisation…the malta fight club is a private boxing firm and we regulate safety in sport i am a former 2 time world champion and promote maltas heavyweight champion billy corito and train the best talent in malta. we are a semi pro and pro organisation and my shows have the biggest capacity on the island. please get behind us and not against us..

    yours in pugilism..
    scott dixon, malta fight club!!! 99053690

    [Reply]

    james grech Reply:

    The article was not against your organisation Mr Dixon and if it was please write why in your comment instead of wrting down your impressive CV and advertisement….You made a free advertisement and instead thanking the journalist you told him that he made you sad…thats not fair champ!

    [Reply]

  11. Edwin says:

    Sandro mhux ahjar ma tindahalx fejn ma jesakx, Ahjar hekk inkela ma sihbek 

    [Reply]

    daniel Reply:

    sorry ta forsi andek ragun ma nafx ,ax mili stajt nifem mili ktibt inti ,ijsek tifem hafna fuq il boxing . tista tajdli inti fejn tista tasal awn malta minajr ajnuna ta hadd u minajr support u sponsors u affarijit ohra li andek bzonn bix tasal ximkin flivell barra ,ax awn malta zgur mawx cans bix naslu ximkin.imnala et isiru dawn il pro fights ax il boxing bekk rega qam awn malta.alinqas et isir xahaga mux ikun awn xi glida fsena jew liktar 2 .u prova tamilx bad name ta amel pjacir il kulhadd

    [Reply]

    Edwin Reply:

    hi Daniel
    ijva jiena wiehed mili dejjem pruvajt nejn lil boxing f’Malta.imma kien dak li sema sandro promotja, li ghamel hsara gbira lil boxing hawm Malta.Ghalek artikli phal dawn maghandomx jinkitbu.ubat minmin suppost qijjed hemm biex iwasal l-ahbar tal-isport f’Malta

    [Reply]

Leave a comment