Issir l-ewwel edizzjoni tal-University of Malta Indoor Rowing Shield.

Monday, April 11, 2016, 20:58

Gavin Muscat

Madwar 35 student minn 13-il organizzazzjoni universitarja ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-University of Malta Indoor Rowing Shield.  Din l-attivita kienet imtella’ mill-għaqda studenteska Pulse u l-organizzazjoni ġdida UoM Rowing Club biex tkun ikkomemorata l-festa ta’ Jum il-Ħelsien.

Il-kompetizzjoni kienet maqsuma f’żewġ kategoriji; dik tal-2000m endurance u tal-500m sprint, bl-istudenti jkollhom iġibu l-aħjar ħin f’dawn id-distanzi sabiex jirbħu l-Organisation jew il-Faculty Shield.

Ryan Sciortino mill-Fakulta tal-ICT kien ir-rebbieħ fil-kategorija heavweight tal-500m, b’Martin Dugas tal-Fakulta tal-Inġinerija jispiċċa fit-tieni post u Steve Said tal-Fakulta tax-Xjenza u rapreżentant ta’ S-Cubed fit-tielet post.

Glenn Zammit tal-Fakulta tal-Inġinerija u rapreżentant tal-UESA spiċċa fl-ewwel post fil-kategorija Lightweight tal-500m.  Luke Camilleri Cuschieri mill-fakulta tal-Ħidma Soċjali u rapreżentant ta’ CSA spiċċa fit-tieni post u fit-tielet post Ryan Busuttil mill-Fakulta tax-Xjenza rapreżentant ta’ S-Cubed.

Fil-kategorija Heavyweight tal-2000m tal-irgiel spiċċa l-ewwel Martin Dugas segwit minn Steve Said u Michael Aquilina,mill-Fakulta tal-ICT u raprezentant ta’ ICTSA, fit-tielet post.

Filwaqt li fil-kategorija lightweight tal-2000m, fl-ewwel post spiċċa Glenn Zammit, fit-tieni post Luke Camilleri Cuschieri u fit-tielet post Jerome Azzopardi mill-Fakulta tal-Inġinerija u rapreżentant tal-organizzazjoni UESA.

Fil-Kategorija tan-Nisa rajna lil Martina Camilleri mill-Fakulta tal-Kummerċ u rapreżentanta ta’ ASCS spiċċat fl-ewwel post fil-heavyweight f’distanza ta’ 500m u Christina Caruana mill-Fakulta tal-Mediċinia u raprezentanta tal-MMSAspiċċat fit-tieni post f’din l-istess tiġrija.  Intant fil-heavyweight b’distanza ta’ 2000m spiċċat fl-ewwel post Chiara Farrugia mill-Fakulta tal-Ħidma Soċjali u rapreżentanta ta’ BETAPSI.

Żar din l-attivita’ s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius li feraħ liż-żewġ organizzazzjonijiet tal-inizzjattivi ġodda li qed jittieħdu fl-isport.  Huwa innota n-numru kbir ta’ parteċipanti li ħadu sehem f’din l-ewwel edizzjoni u awgura li aktar żgħażagħ jersqu lejn l-isport tal-qdif sabiex dan l-isport li ssoltu jkun assoċjat biss mar-regatta jimraħ u jikber fil-popolarita’.





Leave a comment