- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Issir il-preżentazzjoni tas-‘shields’, trofej u palji tar-Regatta tal-Vitorja 2017

Posted By Sportinmalta On September 14, 2017 @ 8:12 am In Featured,Regatta | No Comments

Waqt il-preżentazzjoni tas-shields, trofej u palji fil-Boċċi Drome, fil-Kottonera Sports Complex, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima awgura lil Bormla għas-suċċessi li kisbu fir-Regatta tal-Vitorja.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq dan, “Is-Segretarjat flimkien ma’ SportMalta ħa nkunu qegħdin noħorġu l-id tal-ħbiberija magħkom biex il-kolloborazzjoni li diġà hemm eżistenti, nkomplu nkabbruha għax naħseb li huwa xieraq li nerġgħu nqajjmu u nkabbru l-entużjażmu għar-Regatta.”

Fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet taħt xita kontinwa saru t-tiġrijiet tar-Regatta, bil-club ta’ Bormla jirbaħ iż-żewġ shields dik tal-Kategorija Open u anke f’dik tal-Kategorija B hekk kif rebħu tmienja mill-għaxar tiġrijiet ipprogrammati. Bormla rebħu erba’ palijiet tal-ewwel fil-Kategorija Open, u erba’ palijiet tal-ewwel fil-Kategorija B.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/issir-il-prezentazzjoni-tas-shields-trofej-u-palji-tar-regatta-tal-vitorja-2017/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.