Issir il-fażi finali tal-kompetizzjonijiet tal-Għawn u l-Waterpolo tal-Ischool Sport Festival

Wednesday, May 25, 2016, 17:24

Gavin Muscat

Il-kompetizzjonijiet tal-waterpolo u l-għawm ġabu fi tmiemha l-ewwel edizzjoni tal-Ischool Sport Festival.  Kompetizzjoni li saru għall-iskejjel kollha tal-istat, tal-Knisja u tal-Privat.  Il-waterpolo u l-għawm ma kienux l-uniċi dixxiplini li saru kompetizzjonijiet fihom, imma kien hemm wkoll l-atletika, l-basketball, l-football, l-futsal u t-table tennis.

Fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-waterpolo ħadu sehem 20 skola, li minnhom 15 għaddew għall-fażi finali.

Il-kategorija tas-subien ta’ taħt it-13-il sena intrebħet mill-Kulleġġ De La Salle, bl-iskola San Anton u St Michael School jispiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Il-kategorija tal-bniet ta’ taħt il-15-il sena ntrebħet mill-Kulleġġ San Tumas Moore Sta Lucia, b’finali ferm missielta kontra St Martin’s College li spiċċat 4-3 wara l-għoti tal-penalties.  L-iskola Sacred Heart spiċċat fit-tielet post.

Il-kategorija tas-subien rat finali ferm kumbattuta bejn il-Kulleġġ De La Salle u St Martin’s College, liema logħba ntrebbħet minn St Martin’s College bl-iskor ta’ 5-3.  L-iskola Nazzjonali tal-Isport spiċċat fit-tielet post.

Intant fil-jiem ta’ qabel saret wkoll il-fażi finali tal-kompetizzjonijiet tal-għawm bejn l-iskejjel Sekondarji u Primarji, bniet u subien, bil-parteċipazzjoni ta’ Special Olympics Malta.  Dawn l-attivitajiet gew imtella’ mill-Isport Promotion Unit fi ħdan SportMalta, mid-Direttorat tal-Kwalita’ u Standards fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, l-MSSF u l-ASA.  L-isponsor ewlieni kien Go & Fun.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-





Leave a comment