- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Issir il-fażi finali tal-kampjonat tat-Table Tennis għall-iskejjel Sekondarji 2015-2016

Posted By Sportinmalta On May 25, 2016 @ 5:49 pm In Featured,Other,Table Tennis | No Comments

Gavin Muscat

Din il-ġimgħa kompla l-Ischool Sport festival bil-fażi finali tat-table tennis.  Il-logħob sar fiċ-ċentru tat-table tennis f’Ħal Tarxien.  Dan it-turnament ġie organizzat mill-SPU fi ħdan SportMalta, mid-Direttorat tal-Kwalita’ u Standards fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni flimkien mal-MiTTP u MSSF.  Il-finali kienu maqsuma b’żewġ kategoriji; dik ta’ taħt it-13-il sena u dik ta’ taħt  il-15-il sena.

James Vella Vidal tal-iskola nazzjonali tal-isport u India Vella mill-iskola St Joseph Paola rebħu l-kategorija ta’ taħt it-13-il sena.  Vidal kien segwit minn sieħbu tal-istess skola Conrad Puli u Isaac Bonnici mill-Kulleġġ San Injazju spiċċa fit-tielet post.  India Vella kienet segwita minn Maya Xuereb mill-Kulleġġ San Tumas Moore u Alice Chumova mill-Kulleġġ San Benedettu.

Joel Schembri tal-Kulleġġ Stella Maris u Hayley Bonello tal-iskola Sacred Heart rebħu l-kategorija ta’ taħt il-ħmistax-il sena.  Schembri kien segwit minn Nicholas Pace Bonello tal-Kulleġġ Stella Maris wkoll u Aidan Mallia mill-iskola Nazzjonali tal-isport.  Bartolo mill-banda l-oħra kienet segwita minn Kira Asciak tal-Kulleġġ San Tumas Moore u Martina Vella mill-istess Kulleġġ spiċċat fit-tielet post.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/issir-il-fazi-finali-tal-kampjonat-tat-table-tennis-ghall-iskejjel-sekondarji-2015-2016/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.