Isla, Birgu u Bormla amalgamati f’tim wieħed

Tuesday, March 15, 2011, 8:54

Minn informazzjoni li għandna jidher li sa mill-istaġun li ġej it-tlett Nurseries prinċipali tal-Cottonera jiġifieri l-Isla (Senglea), Birgu (Vittoriosa) u Bormla (St.Georges) se jkunu qedgħin jippareteċipaw fi ħdan il-kompetizzjonijiet tal-Youth FA bħala Cottonera United.

Jidher lil-moħħ wara din l-amalgamazzjoni ilha tberren f’moħħ ħafna uffiċjali ta’ dawn in-Nurseries wara li ilhom snin twal ibatu sabiex isibu tfal li jidħu fin-Nursery tagħhom u jkunu kompetittivi.

sportinmalta.com hu nfurmat li l-mutur u l-moħħ wara dan il-proġett u Stephen Spiteri li għal dawn l-aħħar snin ħa t-tmun fi ħdan in-Nursery tal-Isla u li bħalissa u l-President ta’ Senglea Nursery.

Aħna naħsbu li għalkemm teżisti pika kbira sportivi bejn dawn it-tlett ibliet anke fil-football, proġett bħal dan se jagħti l-opportunita’ għall dawn in-Nurseries għaliex se jkollhom l-opportunita’ li jaqsmu r-riżorsi tagħhom bl-aħjar mod possibli għal ġid tat-tfal tal-Cottonera.





1 Comment

  1. Saints says:

    Well done 3 Cities

    [Reply]

Leave a comment