Is-suq tat-trasferimenti

Wednesday, July 31, 2013, 18:01

minn Colin Schembri

Fix-xena tal-basketball  lokali tal-irġiel,i s-suq tat-trasferimenti miexi ġmielu hekk kif ninsabu ftit siegħat il-bogħod mill-għeluq tiegħu. Fost it-teams li kienu nvoluti nsibu lic-champions renjanti Floriana li akkwistaw tlett players ġodda. Huma ħadu lil Peter Shoults mingħand Siġġiewi u lil Stefan Vella u Sean Borg ex-Loyola. Huma pero’ tilfu lil aħwa Chris u Steve Sammut li se jkunu jilgħabu ma’ Siġġiewi, Ian Mercieca li rtira u Mark Ciantar u Adrian Baldacchino se jilgħabu fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni. Floriana jinsabu wkoll f’diskussjonijiet ma aktar players lokali fejn possibilment jistgħu jkomplu jsaħħu l-iskwadra. Athleta minn naħa tagħhom żammew prattikament l-istess skwadra tal-istaġun li għadda però se jkunu jistennew ir-ritorn ta’ Addison Bonnici wara l-injury serja li kellhu l-istaġun li għadda.Depiro wkoll akkwistaw players ġodda hekk kif huma ħadu magħhom lil Anton Axiaq u lil Billy Zammit.  Siġġiewi minbarra l-akkwist tal-aħwa Sammut se jilqgħu lura fit-team lil Louis Camilleri u lil Lee Ross li tilfu parti sostanzjali mill-istaġun li għadda però tilfu lil Chris Meier li mistenni jkompli l-karriera tiegħu barra minn xtutna. Siġġiewi ffurmaw ukoll kumitat kompletament ġdid u se jkunu taħt it-tmexxija tal-coach Karl Borg fejn wara li xoljew it-team tat-tieni diviżjoni se jkollhom xi players minn dan it-team fl-ewwel diviżjoni fosthom Clement Kodomaris u Graham Coleiro.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-players barrarin, s’issa huma tnejn il-clubs li kkonfermaw li se jingaġġaw player Amerikan ġdid. Dawn huma Floriana li għal wara Matt Glass se jkollhom lil Derek Elston li ġej minn Indiana University u kien seed numru 4 fl-NCAA.  Depiro wkoll ħabbru player Amerikan ġdid – Jeremy Bennington. Jeremy Bennington - DepiroBennington li hu minn Portsmouth Ohio kellhu medja ta’ 16.6 punti u 4.2 rebopunds kull partita fl-aħħar staġun. L-uniku barrani li s’issa huwa kkonfermat huwa Marco Matijevic ta’ Siġġiewi.

Iktar informazzjoni fil-ġranet li ġejjin

Steve Sammut signing for Siggiewi

m is

Derek Elston - Floriana

suq tat-trasferimenti.

Peter Shoults signing for Floriana





Leave a comment