Is-suq tat-trasferimenti fil-Premier għadu miftuħ ?

Thursday, February 25, 2010, 11:40

Wara li Birkirkara mistennija li jiffirmaw biex jakkwistaw is-servizzi tal-attakant internazzjonali Malti Michael Mifsud issa jmiss lil Floriana li jikkupjawhom anki jekk mhux se jiffirmaw plejer Malti. Minn sorsi ta` min jorbot fuqhom jidher li Floriana se jieħdu s-servizzi ta’ attakant mill-Etjopja. Dan l-attakant diġa rajnieh jilghab Malta mat-team Ungeriż ta` Ferencvaros, il- plejer huwa Michael Chebru.

Floriana iridu jbiddlu lir-Russu

Floriana iridu jbiddlu lir-Russu

Dan kollu mistenni li jseħħ fl-1 ta` Marzu jew aħjar il- ġimgħa d-dieħla, jidher ukoll li l-attakant Russu ta’ Floriana Victor Zlydarev mhux mistenni li jtemm il-kampjonat mal-greens. Dan minħabba l-fatt li xi membri ta’ Floriana mhumix kuntenti bl-imġiba tiegħu fil-partita li huma rebħu 4-2 kontra Msida fejn minkejja li skorja huwa safa imkeċċi meta laghab biss madwar 20 minuta.





Leave a comment