Is-Supporters ta’ Tarxien jippreparaw għad-Derby

Monday, November 15, 2010, 12:03
Il-Poster ironiku ta' Tarxien fl-okażżjoni tad-Derby

Il-Poster ironiku ta' Tarxien fl-okażżjoni tad-Derby

Waslal id-derby tas-South bejn Tarxien Rainbows u Hibernians F.C. u l-ħidma tas-Supporters Club ta’ Tarxien Rainbows għaddejja mingħajr wafqien. Għal din id-derby, is-supporters club ser jibda b’Pre Party li ser isir dik il-ġurnata stess fil-Club ta’  Tarxien Rainbows fl-10.00am. Il-President Tony Cassar u l-Coach Noel Coleiro ser jattendu u jagġmlu diskors qasir għal ħabta tan- 12.30pm.  Għal waqt il-partita, is-Supporters Club ta’  Tarxien ipprepara ħafna armar ġdid u li żgur ser jiġi apprezzat kemm mill-plajers u kemm mill-partitarji Tarxinizi stess. Hemm ukoll sorpriża li ser tibqa’ mistura sa’ dak inhar li ħa tkun l-ewwel darba li ser issir minn mindu s-Supporters Club ġie mwaqqaf.





2 Comments

  1. newtrali says:

    Ghaziz Editur,
    Il-kliem ironiku m’hijux biss f’dan il-poster izda miz-zewg nahat.

    [Reply]

  2. Tarxiniz says:

    EJJA HA NIFQAWOM BLUES!!

    [Reply]

Leave a comment