- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Is-sitt rebħa għal Mellieħa Mr. Green u Starlites jibqgħu bla telfa

Posted By sportinmalta1 On March 8, 2016 @ 8:56 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Mellieħa Mr. Green 65

Phoenix Frank Salt 34

(16-10)(13-15)(16-5)(20-4)

Mellieħa Mr. Green kisbu s-sitt rebħa tagħhom tal-istaġun meta għelbu lil Phoenix Frank Salt 65-34. Phoenix kienu ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi però din id-darba sabu diffikulta speċjalment wara l-intervall. Il-partita kellha bidu bilanċjat biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin għal skor ta’ 7-7. Mellieħa kellhom i-punti kontinwi minn Robert Loporto biex marru fuq quddiem u wara trippla ta’ Marco Vucinic għal Phoenix, Mellieħa komplew b’erba’ punti oħra għal skor ta’ 16-10. Fit-tieni sessjoni Phoenix ġew lura bil-punti ta’ Clayton Camenzuli tant li ġabu l-iskor indaqs 20-20. Is-sessjoni baqgħet bilanċjata bil-Mellieħa jerġgħu jieħdu l-vantaġġ wara trippla ta’ Steve Sammut u daħlu jistrieħu 4 minn fuq 29-25.

Wara l-intervall, Phoenix bdew bl-ewwel tlett punti iżda mbagħad Mellieħa kellhom run ta’ 14-0 b’punti minn Sammut u Loporto biex marru 44-28 minn fuq. Il-mument tajjeb ta’ Mellieħa kompla fir-raba’ taqsima meta għamlu seba’ punti oħra mingħajr risposta. Phoenix finalment wieġbu bil-punti ta’ Camenzulu Christian Briffa però dawn kienu l-uniċi żewġ baskets tagħhom. Mellieħa għalqu l-partita b’run oħra ta’ 120 bi trippli minn Sammut u  Ian Terribile biex rebħu l-partita 65-34.

 

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 4, M. Farrugia 4, S. Sammut 20, I. Terribile 5, R. Loporto 15, B. Aquilina 5, D. Miani 4, E. Lupo 4, B. Soler 4, P. Magro.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi, G. Micallef, K. Magri, R. Curmi, D. Debattista 5,  C. Camenzuli 8, F. Gloechner 1, M. Vucinic 5, C. Briffa 9, D. Massa, J. Ransley 6, J. Sant.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Emanuel Mangani.

Gżira Athleta 83

Starlites Naxxar 95

(21-21)(14-20)(24-18)(24-36)

F’partita mill-isbaħ Starlites Naxxar għelbu lil Gżira Athleta 95-83 biex baqgħu bla telfa dan l-istaġun. Partita fejn spikkaw iż-żgħażagħ fuq iż-żewġ naħat u kienet għada f’parita 59-59 sa’ tmiem it-tielet sessjoni. Kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ 12-8 wara trippla minn Joshua Aquilina. Starlites ġew lura u marru minn fuq bil-punti ta’ Miguel Falzon u trippla ta’ Ivan Mitrovic iżda Athleta ġabu l-iskor indaqs wara baskets ta’ Adrian Baldacchino u Luca Stefanovic. Fit-tieni perjodu Starlites marru fuq quddiem wara run ta’ 11-2 bi trippla ta’ Alec Felice Pace iżda Athleta wkoll wieġbu b’run ta’ 10-2. Starlies kellhom ħames punti oħra minn Mitrovic u Clive Schembri biex daħlu jistrieħu 41-33 minn fuq.

Wara l-intervall Starlites reġgħu bdew qawwi u għaqqdu break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Mitrovic. Athleta ma ċedewx u l-ewwel ġew lura bil-punti ta’ Martin Berisha u saħansitra ġabu l-iskor indaqs wara run ta’ 12-0 bil-punti ta’ Francesco Mifsud Bonnici u Stefanovic u t-taqsima ntemmet fuq skor ta’ 59-59. L-aħħar sessjoni kienet stupenda fejn saru xejn anqas minn sittin punt. Starlites kellhom diversi three pointers minn Felice Pace u Mitrovic u għamlu run ta’ 15-2 b’punti konsekuttivi minn Falzon. Athleta ppruvaw jerġgħu jirkupraw bit-trippli ta’ Stefanovic imma Starlites ukoll irrispondew permezz ta’ Falzon u Mitrovic biex rebħu l-partita 95-83.

Gżira Athleta: J, Symmons 5, F. Mifsud Bonnici 7, J. Wait, J. Aquilina 13, L. Stefanovic 31,  M. Gauchi Montaldo 6, M. Cilia, M. Krastev 5, S. Vincic 2, M. Berisha 12, A. Baldacchino 2.

Starlites: A. Schembri 4, C. Doublet, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri 2, M. Falzon 24, A. Felice Pace 19, I. Mitrovic 32, O. Psaila, A. Cutajar, T. Grech 14.

Referees: Alfred Carbonaro, Christine Farrugia.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

9

9

0

18

688

605

Mellieħa Mr. Green

10

6

4

16

662

581

Athleta

10

5

5

15

605

630

Phoenix Frank Salt

10

3

7

13

563

614

St. Nicholas Suns

9

1

8

10

475

563


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/is-sitt-rebha-ghal-mellieha-mr-green-u-starlites-jibqghu-bla-telfa/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.