Is-Sibt nilgħabu għall-Bronż fil-Beach Volley

Friday, June 3, 2011, 20:51

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Getrude Zarb u Allison Borg komplew l-impenji tagħhom fil-Beach Volley b’mod pożittiv meta lagħbu logħba oħra fil-kompetizzjoni li kienet ukoll semi-finali kontra Liechtenstein.

Il-koppja Maltija għalkemm fetħet tajjeb u rebħet l-ewwel set, tilfet il-logħba 2-1 bil-punteġġ ta’ 21-18, 14-21 u 7-15.

B’hekk issa Malta tilgħab kontra l-Lussemburgu għat-tielet u r-raba’ post li jista’ jfisser midalja tal-bronż. Dan jista’ jitqies diġa bħala suċċess għal din id-dixxiplina għaliex laħqu l-għan tagħhom li jirbħu xi logħbiet fil-grupp.





Leave a comment