Is-sewwieq tal-muturi Glenn Borg fin-NitrOlympx fil-Ġermanja

Wednesday, August 21, 2019, 11:04

Is-sewwieq tal-muturi Glenn Borg, fi tmiem il-Ġimgħa li għaddiet ikkompeta f’Hockenheim fil-Ġermanja f’avveniment bl-isem ta’ NitrOlympx. Dan kien rawnd ieħor mill-kampjonat Ewropew tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Muturi.

Borg spiċċa dan l-avveniment fit-tielet post tal-klassi tiegħu li hija magħrufa bħala FIM Top Fuel Bike. Din hija l-aktar klassi veloċi. L-aħjar ħin li-għamel Borg kien dak ta’ 6.538 sekondi, l-aħjar veloċita kienet ta’ 329.68 kilometri jew 204.85 mil fis-siegħa u l-aħjar reazzjoni fuq id-dawl kienet dik ta’ 0.062 ta’ sekonda.

Malti iehor li kien impenjat fil-Ġermanja huwa Simon Giordmaina li kien impenjat bil-bini u issetjar tal-mutur u tal-magna tat-tim Taljan Carbonera Racing Team, bil-mutur li kien misjuq minn Rudi Zorzi.

L-avventura li jmiss għal Borg u għal Giordmaina ser tkun fil-finali tal-kampjonat Ewropew f’Santa Pod fl-Ingilterra bejn il-5 u it-8 ta Settembru.





Leave a comment