Is-Semifinali tal-YAMAHA Gozo Motocross Championship 2019

Wednesday, April 17, 2019, 9:24

Il-Gozo Motocross Association (GMA) kompliet il programm tagħha nhar il-Ħadd li għadda fit-trakka ta’ Xhajma, bil-programm li beda għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar.

Is-semi-finali bdiet bi Klassi D fejn tmien sewwieqa wrew il-kapacita taghhom fit-trekk. Fl-ewwel pozizzjoni nsibu lil Isaac Bartolo segwit fil-qrib ħafna minn Eric Cardona. Imbagħad fit-tielet post daħal David Mercieca. Sadanittant, hekk kif baqa biss kompetizzjoni waħda, sa issa nsibu lil Mericeca fuq nett ta’ din il-klassi.

Klassi B kienet iddominata minn Glenn Vella. Warajh daħal Mario Cauchi segwit bl-istess ammont ta‘ punti minn Robert Spiteri. Hawnhekk Glenn Vella jinstab fil-quċċata ta’ din il-klassi b’ammont kbir ta’ punti

Fi Klassi Ċ rebaħ Daniel Portelli segwit minn Jorn Stellini. Warajhom daħal Godfrey Bigeni wara nuqqas ta’ ftit xhur. Sadanittant Stellini qed imexxi dain il-klassi bl-akbar ammont ta’ punti.

ll kompetizzjoni fi Klassi A kienet waħda nteressanti fejn rajna lil Steve Xuereb u David Dimech jiddominaw Klassi A. Infatti Xuereb daħal fl-ewwel post segwit minn Dimech. Xuereb jinstab fil-quċċata ta’ din il-klassi.

Il-viċi president tal-GMA, Jesmond Bigeni ppreżenta trofej lir-rebbieħa kollha filwaqt li nġabru l-punti għall-kampjonat hekk kif nhar il-Hadd 5 ta’ Mejju 2019, issir il-Finali ta’ dan il-kampjonat li huwa sponsorjat minn Gasan Zammit bil-prodott Yamaha.

Sadanittant se tigi organizzata ir-4 edizzjoni tal-Gozo Enduro Rally. Din ser issir nhar is-Sibt 11 ta’ Mejju 2019. Dawk kollha dilettanti tal-muturi Motocross u Enduro m’għandomx jitilfu din l-esperjenza sabiħa.

Ghal aktar tagħrif , wieħed għandu jzur il-paġna ta Facebook https://www.facebook.com/gmagozo/





Leave a comment