Is-sehem tal-Maltin fil-Major ta’ Fremeries 2019

Wednesday, March 6, 2019, 14:02

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Major prestiġjuż tal-Belġju fi Frameries.

Is-Sibt kien hemm il-kompetizjonijiet individwali bis-sehem ta’ disa’ Maltin.

Fil-kategorija ta’ taħt il-ħmistax-il sena, Thomas Ebejer ta’ Valletta Lions TFC wasal sal-kwarti tal-finali.

Fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax-il sena, Jurgen Balzan ta’ Valletta Subbuteo Club wasal sal-finali kontra l-Belġjan Maxime Rairoux.

Fil-kategorija tal-Veterani, Charlie Aquilina ta’ Bormla Subbuteo club rebaħ il-finali kontra t-Taljan Gianfranco Calonico.  Jason Pisani, John Zammit u Mario Camilleri, t-tlieta li huma wasslu sal-aħħar sittax.

Fil-kategorija Open, Derek Conti wasal sal-aħħar tnejn u tletin, Massimo Cremona sal-aħħar sittax u Josef Camilleri sfortunatament ma’ għaddiex mill-grupp.

Il-Ħadd kien imiss il-kompetizjonijiet tat-timijiet, bis-sehem taż-żewġ klabbs Maltin Bormla Subbuteo Club u Valletta Subbuteo Club.

Valletta Subbuteo Club li kien kompost minn Derek Conti, Mario Camilleri, Jurgen Balzan, il-Belġjan Pascal Scheen u Melina Scheen u l-Franċiż Axel Donval, waslu mal-aħħar sittax.

Bormla Subbuteo Club li kien kompost minn Charlie Aquilina, Josef Camilleri, George Ebejer u l-Belġjan Vincent Guyaux, għamluha sal-kwarti tal-finali meta nqalgħu kontra t-tim Belġjan Charleroi.  It-tim rebbieħ kien it-tim Taljan Reggio Emiglia.





Leave a comment