- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Is-Segretarju Parliamentari Chris Agius iżur il-klabb ta’ Sirens.

Posted By Sportinmalta On August 15, 2015 @ 2:35 pm In Featured,Other,Swimming | No Comments

Gavin Muscat

Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius żar l-klabb ta’ Sirens li din is-sena qiegħed jiċċelebra il-85 sena anniversarju, b’diversi attivitajiet fosthom sessjoni ta’ taħriġ speċjali għan-nursery tal-għawm tagħhom.  Filfatt l-għawwiema żgħar ngħataw l-esperjenza li jitħarrġu flimkien mal-għawwiema ta’ Sirens Andrew Chetcuti u Matthew Żammit, l-għawwiem Brittaniku, holder ta żewg rekords Brittaniċi, Ben Proud u l-għawwiem mis-Libja Ahmed Attellesey.

Tajjeb wieħed isemmi li Ben Proud, li għad għandu biss 19-il sena,  rebaħ żewġ midalji tad-deheb fil-Logħob tal-Commonwealth li saru fi Glasgow (50m butterfly, 50m freestyle) u midalja tal-Bronze fil-4x100m freestyle.  Minbarra hekk rebaħ midalja tad-deheb fl-4x100m medley fil-Kampjonati Ewropej li saru f’Berlin u midalja tal-bronż fl-istess kampjonat fil-50m butterfly.

Minbarra sessjonijiet tal-għawm u l-waterpolo din is-sena Sirens niedew wkoll sessjonijiet tal-għawm sinkronizzat.

L-attivita’ li jmissu n-nursery tal-klabb ta’ Sirens ser tkun kamp ta’ taħriġ fi Slovenia fil-bidu ta’ Settembru.

Ben Proud with several swimmers

 

 

 

 

 

Chris Agius with the swimmers

 

 

 

 

 

 

 

(Left to right)Matthew Zammit, Ben Proud, Ahmad Attellesey


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/is-segretarju-parliamentari-chris-agius-izur-il-klabb-ta-sirens/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.