Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo jindirizza laqgha generali annwali tal-Malta Employees sports Association

Wednesday, June 26, 2013, 17:44

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, indirizza l-Laqgha Ġenerali Annwali tal-Malta Employees Sports Association, li torganizza attivitajiet sportivi għad-Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern.

 

Huwa tkellem dwar l-importanza tal-attivitajiet sportivi li torganizza għaqda bħal din u li l-kumitat li nħatar biex jieħu ħsieb irid ikun iffurmat minn nies li lesti jagħtu l-kontribut tagħhom sabiex il-ħaddiema jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw ukoll f’attivitajiet bħal dawn.

Huwa wera s-sodisfazzjon għall-fatt li l-għaqda torganizza diversi dixxiplini sportivi, u mhux football biss, u ħeġġeġ biex għall-futur  jiġu introdotti wkoll dixxiplini oħra.

Dr Buontempo lmenta mill-fatt li qed ikun hemm każi ta’ duplikazzjoni ta’ għaqdiet sportivi, jiġifieri aktar minn għaqda waħda li trid tmexxi l-istess dixxiplina sportiva, għax dan ma jagħmilx ġid lill-kultura sportiva.

Huwa offra l-għajnuna kollha tiegħu lill-Malta Employees Sports Association u awguralha ħidma sfieqa għall-ġid tal-membri li jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha.





Leave a comment