Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo jiltaqa’ mat-Tim Nazzjonali tal-Waterpolo

Thursday, July 11, 2013, 15:42

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo,iltaqa’ mal-players tat-tim nazzjonali tal-waterpolo waqt is-sessjoni tat-taħriġ qabel ma’ jibda it-tieni turnament ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-2014, li qed isiru f’Malta.

Waqt din iż-żjara is-Segretarju Parlamentari Buontempo awgura lill-plejers kull suċċess f’dawn illogħob filwaqt li feraħ lid-diriġenti tat-tim għad-dedikazzjoni u x-xogħol li jagħmlu. Buontempo qal li l-Gvern ser jaħdem aktar biex iqiegħed lil pajjiżna fuq il-mappa tat-turiżmu sportiv Ewropew. Dan għaliex pajjiżna għandu potenzjal kbir li jrid jiġi sfruttat.

Buontempo ħeġġeġ ukoll lill-pubbliku biex imorru u jagħtu l-appoġġ tagħhom lit-tim Malti. It-tim nazzjonali tal-waterpolo ser jilgħab kontra l-Belarus, l-Ukrajna, il-Georgia u l-Iżrael. It-tim huwa mmexxi minn Karl Izzo.





1 Comment

  1. Joe Galea says:

    mija u hamsin ruh jaraw il-loghba ilbierah tal-misthija, in-nies qas biss jafu li hemm dawn il-loghob!

    [Reply]

Leave a comment