Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo jiltaqa ma` Billy Corito

Friday, July 12, 2013, 13:24

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, iltaqa’ mal-boxer Billy Corito magħruf bħala ‘the Hit Man’.

Dr Buontempo feraħlu għas-suċċess li qed jikseb filwaqt li awguralu fil-kompetizzjonijiet li jmiss speċjalment dik li se ssir il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju.

Huwa qal li l-Gvern irid li jippromwovi sport minuri wkoll biex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport. Billy Corito kiseb l-ewwel post fil-kategorija heavy weight tal-European Boxing Federation u żamm it-titlu tiegħu tal-Intercontinental Heavyweight tal-istess EBF.

 





Leave a comment