Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tattendi Attività “Jum Sports Għall-Anzjani”

Friday, May 30, 2014, 16:41

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana fil-ġranet li għaddew attendiet għal attivita bl-isem “Jum Sports għal-Anzjani.” F’din l-Attività attendew madwar 600 anzjan u anzjana minn diversi Ċentri ta’ Matul il-Jum madwar Malta kif ukoll madwar 400 tifel u tifla ta’ skejjel differenti.

 

Waqt li indirizzat din l-attività, l-Onorevoli Justyne Caruana qalet li huwa ta’ pjaċir għaliha li qiegħda fosthom għaliex din l-attivita hija eżempju ċar ta’ kif għandha tkun Anzjanità Attiva u permezz ta din l-attività, l-Anzjani preżenti qiegħdin jagħtu eżempju ċar u konkret ta’ x’inhi l-anzjanita attiva li qiegħed jaħdem fuqhu is-Segretarjat Parlamentari tagħha. Qalet li il-kunċett ta’ Anzjanità Attiva huwa li għalkemm l-Anzjani huma kbar fl-età, xorta jistgħu jagħtu kontribut siewi u qawwi lis-soċjetà tagħna.

 

Stqarret li trid li aktar Anzjani ikunu iżjed attivi fil-komunità, filwaqt li anke jieħdu gost bejniethom f’attivitajiet bħall din li jittellghu kultant żmien. Qalet li wasal iż-żmien li l-anzjan ma jibqax jitqies bħala piż fuq is-soċjetà, anzi bħala xi ħadd li fadallu kontribut sostanzjali x’irid jagħti f’kull qasam u livell tas-soċjetà. Semmiet li dan huwa il-qofol tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva, liema strateġija għaddej programm ta’ ħidma fuqha mill-Gvern biex titwettaq.

 

“Hawnhekk qiegħda nara wkoll diversi studenti għadkom zgħar, bħalma inthom iz-zgħar għandkom il-potenzjal u l-abbiltajiet tagħkom, daqs tant iehor il-ġenerazzjonijiet li huma ikbar għandhom tagħhom.” Sostniet is-Segretarju Parlamentari. Semmiet li l-Attività fiżika hija importanti u ħadet gost tara l-anzjani jipparteċipaw f’din l-attività. Ħeġġett lill-anzjani stess li attendew jħeġġu lill-sħabhom ikomplu jieħdu sehem f’dawn l-Attivitajiet.

 

 





Leave a comment